Il-Kummissarju Gholi 'l gdid ta' Malta fir-Renju Unit, in-Nutar George Bonello Du Puis jipprezenta l-kredenzjali tieghu lir-Regina Elizabetta II ta' l-Ingilterra
Nhar il-Hamis, 25 ta' Frar, 1999, il-Kummissarju Gholi l-gdid ta' Malta fir-Renju Unit, in-Nutar George Bonello du Puis, ipprezenta l-kredenzjali tieghu lill-Majest'? Taghha, ir-Regina Elizabetta II ta' l-Ingilterra.
Wara l-prezentazzjoni tal-kredenzjali, ir-Regina Elizabetta II u l-Kummissarju Gholi l-gdid ta' Malta, in-Nutar George Bonello du Puis, kellhom laqgha kordjali hafna. Matul din il-laqgha, huma ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Ingilterra u t-tishih tal-hbiberija bejn iz-zewg pajjizi.
Mal-wasla tieghu f'Londra, in-Nutar George Bonello du Puis, kellu diversi laqghat, fosthom ma' ufficjali gholja tal-Foreign and Commonwealth Office, mas-Segretarju Generali tal-Commonwealth, Chief Emcka Anyaoku u mexxejja tal-Kommunit'? Maltija f'Londra.
Il-Kummissarju Gholi l-gdid ta' Malta, in-Nutar George Bonello du Puis, huwa persuna maghrufa fil-qasam politiku Malti, fejn serva bhala Ministru tal-Finanzi bejn l-1987 u l-1992, u bhala Ministru ta' l-Affarijiet Ekonomici bejn l-1992 u l-1995.
In-Nutar George Bonello du Puis hu mizzewweg lil Iris, nee' Gauci Maistre. Huma ghandhom tlett itfal, Etienne, Solange u Georges.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN