Left arrow Go Back

Issir l-ewwel laqgha regjonali fil-Progett tar-Riforma fil-Process tal-Ippjanar

PR0234
Date Icon 21/02/1999

Il-process ta' konsultazzjoni li se jwassal ghal riforma fil-Process tal-Ippjanar f'pajjizna se jibda minn isfel b'tahdidiet mal-pubbliku u jitla' sal-Parlament fejn tittiehed id-decizjoni finali dwar l-emendi fil-ligi tal-ippjanar u r-rifiorma fl-istrutturi u l-operat tal-Awtorita` tal-Ippjanar.

Dan qalu l-Ministru tal-Intern Dr. Tonio Borg, meta dal-ghodu fetah l-ewwel laqgha regjonali minn sensiela ta' erbgha, bhala parti minn process ta' konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-imsemmija riforma.

Il-laqgha ta' dal-ghodu, immirata lejn ir-residenti tat-Tramunatana ta' Malta saret fil-Kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat.

Dr. Borg qal li l-laqghat huma intenzjonati biex wiehed johrog b'suggerimenti kif il-Process tal-Ippjanar jista' jsir aktar efficjenti u rilevanti ghal-lum. "Ghalkemm huwa tajjeb li wiehed iressaq l-ilment tieghu li hafna drabi jkun il-forza li jimbotta r-riforma, wiehed jaghmel tajjeb li mal-ilment jehmez suggeriment dwar kif l-affarijiet jistghu isiru ahjar."

Huwa qal li dan il-process ta' konsultazzjoni bdieh il-Ministeru tal-Intern u kulhadd ghandu jhossu hieles li jesprimi dak li jhoss fuq l-ippjanar fil-pajjiz. Huwa tenna li dan il-process huwa konformi ma' dak li wieghed il-Partit Nazzjonalista fil-Programm Elettorali li qabel jittiehdu decizjonijiet ta' importanza, issir konsultazzjoni wiesa' ma' dawk kollha involuti.

Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru tal-Intern George Pullicino wkoll kien prezenti ghall-ftuh ta' din l-ewwel laqgha regjonali. Huwa fakkar li r-riforma li trid issir tikkoncerna l-Process kollu tal-Ippjanar, m'hux biss tal-Awtorita` tal-Ippjanar, ghalkemm qal li l-Awtorita` hija wahda mill-playersewlenin tal-Ippjanar fil-pajjiz.

Huwa fakkar li fost il-pubbliku li attenda, kien hemm uhud mill-membri tal-core group li waqqaf il-Ministeru tal-Intern biex jiehu nota tas-suggerimenti tan-nies. Dawn is-suggerimenti se jitfasslu f'rapport wiehed u jitressqu fil-Konferenza Nazzjonali li se ssir fl-24 t'April 1999.

Madwar 175 ruh attendew ghal din il-laqgha regjonali ghat-Tramuntana ta' Malta, fosthom ghadd ta' sindki, kunsilliera, Membri Parlamentari u bosta membri tal-pubbliku b'interessi differenti. Fost l-ilmenti li l-aktar spikkaw kienu d-dewmien fil-process ta' applikazzjonijet, kif ukoll il-burokrazija zejda. Kien hemm ukoll hafna enfazi li l-infurzar isir l-istess ma' kulhadd u l-kriterji li tuza l-Awtorita` meta tigi biex tadotta xi mizuri ikunu cari u maghrufa minn kulhadd. Id-diskussjoni tmexxiet minn Joe Azzopardi.

Wara l-laqgha, kemm il-Ministru Dr Tonio Borg kif ukoll is-Segretarju Parlamentari George Pullicino esprimew sodisfazzjon, kemm ghall-attendenza tan-nies ghal din il-laqgha, kif ukoll dak li hareg minnha.

Il-Laqgha li jmiss se ssir fis-27 ta' Frar fis-Sala Parrokjali ta' Santa Lucija ghar-residenti tan-Nofsinhar ta' Malta.

Min ma jistax jattendi dawn il-laqghat jista' jcempel fuq freephone0800 77 44 13 u jintbghatlu leaflet fejn ikun jista' jghaddi s-suggerimenti tieghu bil-miktub u jibghathom bil-posta lill-Ministeru tal-Intern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow