Left arrow Go Back

Il-Ministru Censu Galea jiltaqa' mas-Segretarju Generali tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Trasport

PR0221
Date Icon 18/02/1999

Il-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, Ċensu Galea dalgħodu kellu laqgħa, mas-Sur Jean-Yves Legouas, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Trasport (ITF), li kien akkumpanjat mis-Sur Charles Briffa, ITF Inspector (Malta).

F'din il-laqgħa 'ew diskussi diversi punti, fosthom il-pjanijiet tal-Gvern Malti biex jirratifika l-Konvenzjoni Numru 147 ta' l-ILO. Il-Ministru Galea semma kif il-Gvern qiegħed jaħdem biex iressaq l-emendi meħtie'a fil-li'i Marittima biex tkun konformi ma' din il-Konvenzjoni.

Minn naħa tiegħu, is-Sur Legouas, informa lill-Ministru li l-ITF lesta tgħin lil Malta sabiex tkun tista ti'i ristrutturata l-Iskola Marittima ħalli jgħola l-livell u tkun tista tħajjar aktar studenti.

Is-Segretarju Ġenerali ta' l-ITF wera x-xewqa li din l-organizzazzjoni tlaqqa' f'Malta l-Ewwel Konferenza Marittima ghar-Re'jun tal-Mediterran, f'Novembru ta' din is-sena.

Il-Ministru Ċensu Galea, filwaqt li laqa' din il-proposta, wiegħed l-appo'' tiegħu għal din l-inizjattiva.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow