Left arrow Go Back

Is-sur Alfred Grixti kien agevolat bil-kbir

PR0212
Date Icon 17/02/1999

Il-Partit Laburista hareg stqarrija ghall-iStampa fejn qal li l-impieg tas-Sur Alfred Grixti mal-Malta Development Corporation sar skond il-proceduri stabbiliti. Izda l-fatti li gejjin juru li biex imtela l-post ta' Human Resources Manager mal-MDC, ittiehdu numru ta' decizjonijiet li ffavorew lis-Sur Grixti bil-kbir.

F'Awissu 1996, l-MDC har'et sejha ghall-applikazzjonijiet ghall-Human Resources Manager. L-MDC irceviet sittax-il applikazzjoni fosthom dik tas-Sur Alfred Grixti.

F'Novembru 1996, l-ETC kitbet lill-MDC u staqsiet jekk l-MDC ghadhiex bil-hsieb li timpjega Human Resources Manager. F'Dicembru 1996, l-MDC informat lill-ETC li l-process ta' reklutagg ghall-Human Resources Manager kien gie ffrizat. Fi Frar 1997, l-MDC infurmat lill-ETC li minhabba riorganizzazzjoni interna, l-MDC ma kienitx ghada interessata li timpjega Human Resources Manager.

Tmien xhur biss wara, l-MDC bidlu l-hsieb tant li c-Chief Executive tal-MDC, Dottor Mario Vella, ressaq talba quddiem il-Cabinet Committee on Recruitment sabiex jimpjegaw Human Resources Manager. F'Gunju 1998, ic-Chief Executive tal-MDC, talab lill-ETC tidentifika persuni halli jigu kkunsidrati għall-pozizzjoni ta' Human Resources Manager. Ic-Chief Executive tal-MDC talab li preferibilment dawn il-persuni ghandu jkollhom postgraduate degree minkejja li fit-talba originali li kienet saret fl-1996, kien mitlub biss li l-applikanti jkollhom degree Universitarja.

F'Gunju 1998, l-ETC baghtet l-ismijiet ta' hames persuni, fosthom dak tas-Sur Grixti. Tnejn minn dawn kienu qeghdin jirregistraw taht Part 1, jigifieri kienu qeghdin ifittxu xoghol. Il-tlieta l-ohra, fosthom is-Sur Alfred Grixti, kienu qeghdin jirregistraw taht Part 3 jigifieri kienu qeghdin ifittxu xoghol alternattiv. Dak iz-zmien is-Sur Grixti kien Vici-Chairman ta' l-ETC. L-ETC tat ukoll permess lill-MDC sabiex tigi ppubblikata sejha ghall-applikazzjonijiet biex kull min kien interessat seta' japplika, kif kien sar qabel l-elezzjonijiet tal-1996. Din is-sejha pubblika għall-applikazzjonijiet qatt ma saret.

Ic-Chief Executive ta' l-MDC ta l-hatra tas-Sur Grixti minghajr ma gharraf jew iddiskuta l-ghazla mal-Bord tal-MDC. Dan minkejja li l-Human Resources Manager kien ser jirraporta dirett lill-Bord tad-Diretturi.

Fit-12 t'Awwissu 1998, ic-Chief Executive tal-MDC f'ittra indirizzata lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, talab sabiex is-Sur Alfred Grixti jigi seconded, ghal perjodu indefinit, minn mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ghal ma' l-MDC. Fl-20 t'Awwissu, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni ressaq din it-talba quddiem is-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Fil-25 t'Awwissu 1998, is-Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru talab lill-Prim Ministru jikkonsidra t-talba ghas-secondment. Fis-26 t'Awwissu, Dottor Alfred Sant approva din it-talba minkejja li s-Segretarju Permanenti ghamilha cara li l-policy tal-Gvern kienet li secondmentsbhal dawn ma jigux approvati.

Sadanittant, is-Sur Alfred Grixti ffirma kuntratt fid-29 ta' Lulju 1998 u beda jahdem ma' l-MDC fit-3 t'Awwissu 1998, dakinhar stess li xolja l-Parlament u allura qabel gie approvat is-secondment.

Fl-14 ta' Settembru 1998, l-MDC infurmaw lill-ETC bl-ingagg tas-Sur Alfred Grixti. Fl-istess ittra l-MDC infurmat lill-ETC li ma kienitx saret sejha pubblika.

F'Jannar 1999, il-Bord tad-Diretturi l-gdid tal-MDC iddecieda li jittermina l-post ta' Human Resources Manager peress li nstab li dan il-post ma kienx relevanti ghar-rwol tal-MDC. Fl-ahhar gimgha ta' Jannar 1999, is-Sur Grixti gie mgharraf li l-post li kien jokkupa ma kienx ser jibqa' jezisti b'effett mill-1 ta' Frar 1999. Fis-7 ta' Frar, is-Sur Grixti rritorna jahdem mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.

Minn dawn il-fatti johrog car kemm gie agevolat is-Sur Grixti meta nhatar Human Resources Manager. L-ETC ressqet isem is-Sur Grixti, minkejja li s-Sur Grixti dak iz-zmien kien vici-Chairmanta' l-ETC. Is-Sur Grixti gie mpjegat minkejja li xhur qabel l-MDC iddikjarat li, minhabba ri-organizzazzjoni interna, il-post ma kienx ghadu mehtieg. Is-Sur Grixti gie mpjegat minghajr ma saret sejha pubblika ghall-applikazzjonijiet u minghajr ma gew intervistati l-hmistax-il applikant l-ohra li kienu applikaw ghall-post originarjament. Is-Sur Grixti gie mpjegat on secondment basis, minkejja li secondments ma kienux qed jigu approvati.

Is-Sur Grixti gie agevolat billi nbidlu l-kwalifiki mehtiega ghall-applikanti.

Dawn kienu c-cirkostanzi li wasslu ghall-impjieg tas-Sur Alfred Grixti mal-MDC, cirkostanzi li ffavorew bil-kbir is-Sur Grixti. U dan f'cirkostanzi meta Dottor Mario Vella kien Chief Executive tal-MDC u President tal-MLP, waqt li s-Sur Alfred Grixti kien teacher mal-Gvern, Vici Chairman ta' l-ETC u Segretarju Edukazzjoni tal-MLP.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow