Left arrow Go Back

Kampanja effettiva dwar hlas ta' citazzjonijiet pendenti

PR0211
Date Icon 17/02/1999

Is-Segretarju Parlamentari fl-Ufficju tal-Prim Ministru Dr. Austin Gatt qal li jinsab sodisfatt bir-reazzjoni pubblika ghall-kampanja ta' informazzjoni li saret dwar hlas ta' citazzjonijiet imposti mill-Qorti li huma pendenti.

Fil-fatt, minn nhar it-Tnejn, 15 ta' Frar 1999 giet fis-sehh il-ligi li kienet ghaddiet mill-Parlament fil-15 ta' Mejju 1995, li permezz taghha, dawk kollha li jkunu ghadhom ma hallsux multi tat-traffiku imposti mill-Qorti, mhux se tinhargilhom il-licenzja tat-triq tal-vettura taghhom.

Tul il-gimghatejn tal-kampanja ta' informazzjoni permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni, kien hemm medja ta' aktar minn mitejn telefonata kuljum fuq il-Freephone, li kien imniedi apposta sabiex tinghata informazzjoni lill-pubbliku.

Dr. Gatt qal li dan il-fatt huwa ta' inkorraggiment ghal mod kif il-pubbliku irreagixxa ghal din il-kampanja.

Ta' min jghid li meta wiehed iqabbel l-ammont ta' flus migbur tul l-ewwel gimghatejn ta' Frar ta' din is-sena, ma' l-istess perjodu s-sena l-ohra, wiehed isib li dan l-ammont zdied b'mod konsiderevoli:

Frar '98: Lm 8,735.10,0

Frar '99: Lm 21,271.20,0

Dr. Gatt zied jghid li dawn ic-cifri juru kemm kienet effettiva l-kampanja ta' informazzjoni, li kienet imnedija mit-Taqsima tal-Gustizzja fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u rringrazzja 'l dawk kollha li kienu nvoluti sabiex din tkun success.

"Jalla nkomplu nahdmu sabiex f'pajjizna tidhol aktar il-mentalit'? li kwalunkwe multa ghandha tithallas ghax dan huma flus dovuti lill-poplu Malti," temm jghid Dr. Gatt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow