Left arrow Go Back

Il-Vizjoni tal-Gvern ghall-Bord tal-Koperattivi f'Malta

PR0206
Date Icon 16/02/1999

Il-Bord tal-Koperattivi ghandu sehem important fl-izvilupp ekonomiku u socjali ta' pajizna. Dan ghaliex il-Moviment Koperattiv, ghalkemm zghir, jfittex li jizviluppa l-potenzjal u l-kapacitajiet ta' kull individwu, filwaqt li jippromwovi ambjent demokratiku w ugwali. Dan qalu l-Ministru tal-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi, waqt cerimonja li fiha huwa pprezenta l-ittri tal-hatra lic-Chairman u lill-membri l-godda tal-Bord tal-Koperattivi 1999 - 2001.

Il-Ministru Gonzi firex wkoll il-vizjoni li l-Gvern prezenti ghandu fil-qasam tal-izvilupp tal-Moviment Koperattiv. Filwaqt li sahaq li l-Koperattivi ghandhom ikollhom l-indipendenza u l-awtonomija kollha necessarja, Dr. Gonzi spjega li l-Gvern ghandu fi hsiebu li jistudja bir-reqqa metodi godda ta' kif jistghu jinholqu koperattivi ohrajn mhux tradizzjonali, filwaqt li jigu mghejjuna dawk il-koperattivi ezistenti. Il-Ministru Gonzi qal li hu qed jghaddi din ir-responsabbilta' lill-Bord tal-Koperattivi l-gdid.

Kuntrarju ghal dak li gara f'dawn l-ahhar sentejn, il-Gvern qieghed jara kif inhu l-ahjar mod li jerga' jigi mwaqqaf l-Appogg ghall-Koperattivi. Dr. Gonzi spjega li ghalkemm l-APEX u l-Fond Centrali t-tnejn jiehdu hsieb ta' l-interessi tal-Moviment Koperattiv, il-Unit ta' Appogg ghandu joffri modi krejattivi u innovattivi ta' kif jistghu jitwaqqfu u jigu stabbiliti koperattivi godda fis-suq lokali.

Waqt id-diskors tieghu, Dr. Gonzi elenka il-prijoritajiet li ghandhom jigu ezaminati mill-bord il-gdid tal-Koperattivi. Dawn huma:

    • l-evalwazzjoni tal-pro[ett SCOOPS
    • it-tis]i] tal-koperattivi u l-Kunsilli Lokali;
    • it-tkattir tal-g]add tal-Koperattivi fis-Settur Pubbliku
    • it-tis]i] ta' negozji \g]ar billi jissie]bu f'koperattivi,
    • il-]olqien ta' sistema ta' networking
    • bejn
    • il-koperattivi fil-qasam tat-ta]ri[ u l-i\vilupp.

Il-Ministru sostna li spi``a \-\mien li l-Bord iservi ta' issier paternalista fejn hu jaf kollox u hu jaf x'inhu l-a]jar g]all-Moviment. G]aldaqstant, qal il-Ministru, il-Bord tal-Koperattivi jrid ikompli ji\viluppa f' Bord li mhux biss iservi ta' regolatur, kif mitlub mill-Li[i, i\da jservi wkoll ta' fa`ilitatur, koordinatur u liaison bejn il-Gvern u l-Moviment kollu. G]andu jservi biex tissa]]a] id-diskussjoni, biex ti\viluppa l-vi\joni g]all-koperattivi Maltin bejn il-Moviment kollu.

G]al din l-okka\joni, li saret f'Dar il-Koperattivi fil-Belt Valletta, [ew mistiedna wkoll ir-rappre\entanti tal-Koperattivi Maltin.

id-diskors tal-Ministru jsegwi .../...

Il-Vizjoni tal-Gvern ghall-Bord tal-Koperattivi f'Malta

1. L-Identita' tal-Koperattivi

Kull koperattiva ghandha identita' ghaliha. Pero, hemm ukoll l-identita' tal-Moviment Koperattiv. Din l-identita' hija bbazata fuq seba' principji. Dawn huma,

  • il-ftuh volontarju tal-koperattivi ghall-membri godda,
  • is-sistema ta' tmexxija demokratika,
  • l-ugwaljanza fl-impenn u fil-prattika ta' dak kollu li jaghmel koperattiva,

  • l-indipendenza u l-awtonomija,

  • l-isforz ghal edukazzjoni, informazzjoni u tahrig tal-membri,

  • il-koperazzjoni bejn il-koperattivi u

  • l-impenn tal-koperattivi sabiex jigu zviluppati l-komunitajiet li jahdmu fosthom.

Dawn il-principji ghandhom ikunu il-mod ta' kif il-koperattiv jpoggu il-valuri socjali taghhom fil-prattika

2. Koperattivi Tradizzjonali

Sa llum, il-Moviment Koperattiv Malti jista' jghid li ghandu s-sinergija tieghu gejja kwazi kollha mill-Koperattivi tal-biedja u s-sajd. Kienu dawn l-oqsma fl-ekonomija Maltija li hamsin sena ilu hassew il-htiega li jinghaqdu u jissahhu f'koperattivi. Il-Bord ghandu juza parti sostanzjali mir-rizorsi u l-energija tieghu biex dawn il-koperattivi jkomplu jsibu l-ghajnuna mehtiega biex flimkien ma' organizzjonijiet ohra (l-APEX u l-Fond Centrali) jghin lil dawn il-koperattivi jaggornaw u jorganizzaw irwiehhom ghall-izviluppi li qeghdin isehhu fit-teknologija l-gdida. Barra minn dan, il-Bord irid jghin biex jipprepara lil dawn il-koperattivi jkunu fuq l-istess livell organizzattiv ta' koperattivi ohra Ewropej.

3. Koordinament u kollaborazzjoni bejn l-APEX u l-Fond Central

Ftit snin ilu gie mwaqqaf skond il-Ligi, l-APEX, il-koperattiva li tista' sservi ta' umbrella li tigbor fiha l-koperattivi kollha Maltin. Il-Bord ghandu jhares lejn din il-Koperattiva bhala zvilupp pozittiv fil-mixja tal-Moviment Koperattiv Malti. Ghaldaqstant, il-Board ghandu jhares lejn din il-Koperattiva bhala l-organu li ghandu jghin biex tissahhah l-ghaqda fil-Moviment Koperattiv Malti.

Rigward il-Fond Centrali, il-Bord ghandu jkompli miexi fuq ir-relazzjonijiet tajba li nbnew tul is-snin bejnu u bejn il-Fond Centrali. Hemm bzonn li jsir studju ta' kif l-ahjar li jintuzaw ir-rizorsi (needs analysis) li hemm fil-Fond Centrali. Tajjeb li jigu nvestigati l-possibilitajiet li jinghataw scholarships,soft loans u li jigu identifikati setturi li huma socjalment zvantaggjati.

4. Appogg ghall-Koperattivi (Support Unit)

Gvern Nazzjonalista kien waqqaf l-Appogg ghall-Koperattivi li mbaghad hekk kif tela' Gvern Laburista, dan sfaxxa fix-xejn.

Avolja jezistu kemm l-APEX kif ukoll il-Fond Centrali, li bla dubju ta' xejn dawn jiehdu hsieb l-interessi tal-Moviment Koperattivi, xorta wahda hu utli u ta' siwi li l-Bord jerga' jwaqqaf dan il-Unit. L-oggettiv tieghu ghandu jkun biex jghin jitwaqqfu koperattivi godda u jghin lill-istess koperattivi godda jistabbilixxu ruhhom fl-ekonomija Maltija. Hu dan il-Unit li l-iktar jista' jkollu interess li jitwaqqfu aktar koperattivi f'pajjizna.

L-Appogg ghall-Koperattivi jista jghin f'diversi oqsma b'mod specjali f'oqsma fejn li l-organizzazzjonijiet l-ohra tal-Moviment Koperattiv ma jkunux jistghu jahdmu fuqhom. Fl-opinjoni tieghi, il-haddiema kollha li jimpjega mieghu l-Bord ghandhom ikunu f'din l-istruttura. Mill-banda l-ohra, ma hemm xejn xi jzomm lill-Bord u lill-Appogg ghall-Koperattivi milli jahdem f''ollaborazzjoni shiha ma' l-APEX. Anzi, wasal iz-zmien fejn l-istess Bord u l-istess Fond Centrali jissussidjaw u jikkummissjonaw hidmiet lill-APEX.

Izda ma hemm dubju li t-twaqqif mill-gdid ta' l-Appogg ghall-Koperattivi jwassal biex:

  • Issir evalwazzjoni sewwa l-progett SCOOPS;
  • jissahhu r-relazzjonijiet bejn il-Koperattivi u l-Kunsilli Lokali;
  • jigu mhajra diversi haddiema jwaqqfu koperattivi godda tal-haddiema u koperattivi ohra fis-Settur Pubbliku;
  • jghin persuni b'negozji zghar isahhu n-negozju taghhom billi jinghaqdu f'koperattivi; u
  • il-koperattivi godda jsibuha iktar facli jorganizzaw irwiehhom fil-bidu ta' l-ezistenza taghhom, perjodu li hu l-iktar difficli, fost l-ohrajn;
  • tigi mahluqa sistema ta' networking bejn il-koperattivi, kemm fil-holqien ta' koperattivi godda kif wkoll fil-qasam tat-tahrig u l-izvilupp.

5. Koperattivi godda

Il-Bord irid jahdem biex ikompli jahdem biex iwaqqaf koperattivi godda. Fost il-koperattivi li jehtieg jizviluppa f'pajjizna hemm il-Koperattivi:

    • tal-Haddiema;
    • tas-snajja u tan-negozji zghar;
    • tal-progessjonisti;
    • tas-Settur Pubbliku;
    • tal-konsumatur;
    • fil-qasam ta' l-isport u tal-kultura; u
    • ohrajn b'rabta komunitarja u / jew socjali b'enfasi fuq dawk li huma zvantaggjati;
    • tajjeb wkoll li jigu nvestigati l-possibilitajiet ta' koperattivi tat-tfal.

6. Aggornament tal-Ligi

Kull ma jmur qieghed tinhass il-htiega li tigi aggornata l-Ligi tal-Koperattivi. Dan ghandu jsir mhux biss biex il-Ligi takkomoda l-htiegiet godda li jitolbu z-zminijiet ta' llum izda wkoll biex takkomoda generu u kategoriji ohra ta' koperattivi barra dawk tal-biedja u s-sajd bhalma semmejt iktar qabel.

Dan l-izvilupp u tibdil fil-Ligi ghandu jsir id f'id u b'kollaborazzjoni shiha bejn il-Bord u l-Moviment Koperattiv kollu. Diga sar rapport sentejn ilu fuq it-tibdil tal-Ligi. Hemm bzonn li dan jigi aggornat u li jinghataw rakkomandazzjonijet prattici halli il-process jigi mwettaq. Barra min hekk, tajjeb li jsit process ta' konsultazzjoni mal-koperattivi ezistenti fuq l-emendi li hemm bzonn.

7. Facilitajiet ta' self

Flimkien mal-Banek u iStituzzjonijiet kummercjali Maltin iridu jinstabu metodi aktar flessibbli u accessibbli biex l-attivita kummercjali fil-qasam koperattiv isib l-ghajnuna biex tkompli tizviluppa t-tip ta' ekonomija koperattiva.

8. Haddiema fis-settur pubbliku jiffurmaw koperattivi

Jerga' jsir marketing tajjeb biex mill-gdid jinghata spinta t-twaqqif ta' koperattivi fis-Settur Pubbliku kif ukoll fil-korporazzjonijiet.

9. SCOOPS

Il-progett Scoops issa dahal fil-hames sena tieghu. Tul dawn is-snin wera li dan il-progett kien success. Ghaldaqstant, issa wasal iz-zmien li ssir ricerka u evalwazzjoni shiha tal-progett biex mill-esperjenzi mghoddija nkomplu nizviluppaw ghall-gid kemm ta' l-istess Moviment kif ukoll ta' l-istess studenti li jippartecipaw fih.

10. Bord facilitatur

Nahseb li spicca z-zmien li l-Board iservi ta' Missier patenalista fejn hu jaf kollox u hu jaf x'inhu l-ahjar ghall-Moviment.

Ghaldaqstant, il-Bord tal-Koperattivi jrid ikompli jizviluppa f'bord li mhux biss iservi ta' regolatur, kif mitlub mil-Ligi, izda wkoll iservi ta' facilitatur, koordinatur u liaison bejn il-Gvern u l-Moviment kollu. Ghandu jservi biex tissahhah id-diskussjoni, biex tizviluppa l-vizjoni ghall-koperattivi Maltin bejn il-Moviment kollu.

11. Gheluq

Fl-imghoddi mhux imbieghed, il-Bord tal-Koperattivi ma kellu kwazi xejn fuq xiex seta' jserrah biex iwettaq il-hidma tieghu. Bkuntrast illum il-gurnata, l-Board ghandu Lm70,000 biex jintuzaw fuq l-izvilupp tal-koperattivi; jimpjega l-akbar numru ta' nies li qatt kellu impjegati mieghu u ghandu wkoll lok tajjeb mnejn jiffunzjona u jwettaq il-hidma tieghu.

Ma' dawn wiehed irid izid ukoll l-interess u t-twemmin shih li ghandu l-Gvern prezenti favur il-Moviment Koperattiv f'Malta.

Dawn kollha u aktar ghandhom ikunu ta' ghajnuna siewja ghall-Moviment u ghalhekk nistenna li r-rizorsi kollha li ghandu disponibbli ghalih, il-Bord juzhom u juzhom kollha biex f'Malta l-Moviment Koperattiv ikollu s-sahha li tixraqlu.

Nawgura hidma siewja u kull success fil-hidma taghhom lill-membri tal-Bord il-gdid kif ukoll lill-Moviment kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow