"Healthy Fun Day" fl-Iskola Primarja ta' Hal Kirkop
Il-Ministeru tas-Sahha huwa impenjat biex jara li fil-qasam tal-promozzjoni tas-sahha mhux biss jitkompla x-xoghol utli li dejjem ghamel dan id-dipartiment, imma wkoll jaghti spinta lill-istess dipartiment biex ikompli jifrex is-servizzi tieghu.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu zar l-iskola Primarja ta' Hal Kirkop, fejn kienet qed issir Healthy Fun Day organizzata mid-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha, li bdiet b'kolazzjon nutrittiv u tajjeb ghas-sahha.
Il-Ministru Deguara rringrazzja lil dawk kollha involuti f'din l-inizjattiva kif ukoll lill-isponsors li offrew dak kollu necessarju biex din l-attivit'? tkun tista' ssir. Louis Deguara tkellem dwar l-importanza ta' kolazzjon nutrittiv, li mhux biss jghin biex jaghti l-energija ghall-ewwel sieghat tal-gurnata, imma wkoll jevita li jsir hafna tnaqqir ta' ikel matul l-ewwel sieghat ta' l-ghodwa.
Il-Healthy Fun Day bdiet permezz tal-kolazzjon nutrittiv u kompliet b'attivit'? fil-klassijiet, fejn it-tfal inghataw informazzjoni dwar suggetti relatati mas-sahha. Il-gurnata ntemmet b' dimostrazzjoni mill-Pulizija dwar is-sigurt'? fit-toroq.
Ghal din l-attivit'? attendew ukoll genituri tat-tfal li ghenu biex din l-inizjattiva setghet tittella' u huma wkoll esperjenzaw il-beneficcji li joffri kolazzjon simili u wkoll ikunu f'pozizzjoni li jinkoraggixxu lit-tfal taghhom biex ma jitilfux dan il-kolazzjon kull filghodu.
Il-kolazzjon li tqassam kien jikkonsisti f'cereali, juices, ilma,yoghurts, frott u sandwiches nutrittivi. Din l-attivit'? kienet sponsorjata minn Law. Quintano & Co. Ltd. u Charles Darmanin & Co. Ltd.
Matul l-istess attivit'? d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha qassam stickers u dokumenti b'informazzjoni dwar is-sahha lit-tfal, kif ukoll posters biex jitwahhlu fl-iskola.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN