Inizjattivi godda fil-qasam turistiku f'Ghawdex
Dalghodu fil-Ministeru ghal Ghawdex, inhatar il-Kunsill ghat-Turizmu f'Ghawdex. L-ghan ta' dan il-Kunsill huwa li jahdem sabiex il-qasam turistiku, li hu l-mutur ta' l-ekonomija Ghawdxija jimxi 'l quddiem billi fost l-ohrajn jippromwovi lil Ghawdex bhala destinazzjoni turistika s-sena kollha.
Il-Ministru ghal Ghawdex, l-Onorevoli Giovanna Debono, sostniet illi wiehed mill-ghanijiet ewlenin tal-Kunsill ghandu jkun illi jfassal Pjan ta'Azzjoni ghat-turizmu f'Ghawdex. Ghawdex, kompliet, ghandu jkun reklamat bhala destinazzjoni turistika distinta. Ghalhekk, huwa importanti ukoll illi l-Kunsill jahdem bis-shih, sabiex Ghawdex jigi rreklamat b'mod xieraq fil-fieri tat-turizmu illi jsiru b'mod regolari barra minn Malta.
Il-Ministru Debono qalet illi hija qed tahdem bis-shih fuq inizjattiva ohra illi ser tippromwovi t-turizmu fil-gzira Ghawdxija. Din hija t-twaqqif ta' Gozo Office f'post centrali fil-Belt Valletta, illi l-funzjoni ewlenija tieghu ser tkun li jirreklama lil Ghawdex b'mod attraenti mal-Maltin kif ukoll mal-barranin. Dan l-ufficcju ser iservi wkoll sabiex dawk l-Ghawdxin, il-Maltin u l-barranin illi jkollhom xi diffikult'?, mistoqsijiet jew kummenti dwar kwalunkwe suggett illi jirrigwarda lil Ghawdex jkollhom ufficcju f'post centrali f' Malta fejn jirreferu. Huwa mistenni illi fix-xhur li gejjin jithabbar il-ftuh ta' dan l-ufficcju.
Il-Kunsill ta' l-Assocjazzjoni tat-Turizmu f'Ghawdex gie mahtur mill-membri ta' l-Assocjazzjoni stess li kienet giet proposta fl-ahhar xhur tas-sena li ghaddiet, fuq l-inizjattiva tal-Minstru ghal Ghawdex. Il-Kunsill huwa maghmul minn tlett membri illi jirraprezentaw is-sidien tar-restoranti u guesthouses, tlett membri illi jirraprezentaw is-sidien ta' l-istabbilimenti self-catering, membru illi jirraprezenta d-Diving Centres, zewg membri mill-bqija ta' l-operaturi fis-settur turistiku, zewg membri b'elezzjoni generali mill-membri ta' l-Assocjazzjoni u Kap Ezekuttiv.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN