Awguri mis-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett lit-Team Malti ta' l-Isnooker u lill-Isportivi Nazzjonali 1998
F'zewg messaggi separati, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSports, l-Onor. Jesmond Mugliett, ferah lit-Team Malti li rebah il-Continental Cup fil-kampjonat tas-Snooker u lill-erba' sportivi ohra li rebhu l-Isportivi Nazzjonali 1998.
L-Onor Jesmond Mugliett ferah lis-Sinjuri Alex Borg, Guzi Grech, Arthur Cachia u Sandra Axisa ghas-success taghhom fi Grenoble, Franza. Huwa qal li r-rebh ta' din il-kompetizzjoni huwa konferma tal-livell gholi ta' l-isports tas-Snooker u l-Billiards f'pajjizna fejn ghal snin twal dejjem akkwistajna unuri u rizultati prestigjuzi f'kompetizzjonijiet internazzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari kompli l-messagg tieghu billi qal li bir-rebh ta' dan l-unur, l-isportivi taw ezempju lill-isportivi ohra li b'impenn u mhabba lejn l-isport, il-Maltin kapaci jikkompetu b'success kontra sportivi barranin u jzommu l-livelli gholjin milhuqa fil-passat.
Is-Segretarju Parlamentari f'messagg separat ferah lis-Sur Alex Borg bhala sportiv tas-sena, Carol Galea bhala sportiva tas-sena, Anthony Chircop bhala dirigent tas-sena, Sliema ASC bhala t-teamtas-sena u Dermot Galea bhala l-aqwa sportiv taht is-sittax-il sena. L-Onor. Mugliett qal li progress fl-isports huw xhieda tal-progress ta' pajjiz, u li dawn l-unuri ma humiex biss ghall-eccellenza sportiva milhuqa, imma wkoll rikonoxximent ghas-sagrificcji personali ta' dawn l-isportivi.
L-Onor Mugliett awgura illi l-ezempju ta' dawn l-isportivi iservi ta' ezempju ghal hafna atleti li ghadhom telghin, partikolarment f'din is-sena meta Malta sejra terga' tiehu sehem fil-loghob tal-Pajjizi z-Zghar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN