Left arrow Go Back

Laqgha ghal dawk li jrabbu n-nahal f'Ghawdex

PR0155
Date Icon 06/02/1999

L-impenn tal-Gvern huwa li jkabbar l-Agrikultura f'Malta biex il-poplu jsib aktar frott u hxejjex imkabbra lokalment. B'dan il-ghan, il-Ministeru ta' L-Agrikultura u Sajd qed jiehu hsieb biex is-sezzjoni tal-Apikultura fid-Dipartiment ta' l-Agrikultura tigi attrezzata u mhaddma professjonalment. Flimkien ma' esperti mibghuta mill-FAO, thejja programm biex tinstab specje ta' nahla li, barra li tkun kapaci li ddakkar f'kundizzjonijiet kemm ta' temperatura baxxa kif ukoll ta' shana tropikali, tkun kapaci ukoll tirrezisti ghal certu mard. Ma' dawn l-esperti barranin, l-ufficjali tal-Apikultura mexjin bi programm ta' tkabbir ta' rgejjen halli jinbena stock ta' frieh tan-nahal.

Dan qalu il-Ministru ta' l-Agrikultura u Sajd, il-Ministru Ninu Zammit, meta kien qieghed jindirizza laqgha ghal dawk li jrabbu n-nahal f'Ghawdex. Huwa kompla billi qal li meta dan il-ghan jintlahaq, irridu nifthu biex nghinu lil dawk li jrabbu in-nahal billi:

1. Nghinuhom biex igibu rgejjen godda ta' kwalita'.

2. Nghinuhom biex jakkwistaw frieh halli jew jergghu jibdew irabbu jew izidu ma li ghandhom.

3. Nghinu l-dawk li qed irabbu mhux skond ir-regolamenti – jigifieri dawk li qed irabbu in-nahal fil-qbiel jew fit-tarkijiet - biex idawru ghas-sistema tal-kaxxa bit-tilari.

4. Nghinu lil dawk li minhabba certu mard fin-nahal ikunu kostretti jaharquh.

5. Tinghata ghajnuna bla hlas lil dawk li jkunu jehtiegu l-pariri dwar trobbija u mard.

Saret registrazzjoni gdida biex id-Dipartiment ikun jaf kemm mietu frieh f'dan l-ahhar zmien, u b'hekk ikun maghruf x'inhuma l-bzonnijiet tal-futur. Minn din ir-registrazzjoni diga hemm xi ndikazzjonijiet, u kien hemm xi whud li wrew ix-xewqa li ghalkemm mitilhom kollox, jergghu jibdew irabbu. Il-Ministeru ta' l-Agrikultura huwa lest li jghin izda huwa mportanti li dak li jsir ikun fuq bazi u struzzjonijiet sodi. Ma rridux nibqu mexjin fil-linja dilettanteska.

Dawn il-progetti ghandhom jawguraw futur sabih u serju ghas-settur ta' l-apikultura f'pajjizna. Min naha l-ohra ghandhom ikunu ta' ghajnuna kbira lill-dawk li jrabbu in-nahal halli jkabbru prodott akbar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow