Il-Ministeru ta' l-Intern jiddeplora l-attitudni tal-kelliem ta' l-Oppozizzjoni ghall-Intern, dwar il-kriminalita' f'Malta
Ghall-Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni dwar l-Intern, Dr. Gavin Gulia, meta r-rata tal-kriminalit'? tonqos, il-mertu jkun tal-Gvern Laburista, u meta tizdied ikun tort ta' Gvern Nazzjonalista. Din l-attitudni bl-ebda mod ma tikkontribwixxi ghall-isforzi bla heda ta' dan il-Gvern biex tigi miggielda l-kriminalit'? bis-serjet'?.
Fi stqarrija li hareg nhar l-Erbgha, Dr. Gavin Gulia allega li l-Gvern prezenti tilef il-kontroll fil-qasam tal-kriminalit'? u implika li r-rata tal-kriminalit'? bdiet tizdied minn Settembru li ghadda.
Il-Kelliem ta' l-Oppozizzjoni huwa mizinfurmat ukoll dwar il-fatti.
Matul it-22 xahar tal-Gvern precedenti, ir-rata ta' kriminalit'? zdiedet. Izda dan mhux l-aktar fattur allarmanti. Matul l-istess perjodu kien hemm zieda konsistenti fir-rata ta' kriminalit'?, fl-istess hin li l-Gvern ta' dak iz-zmien kien qieghed sistematikament inaqqas il-mezzi u l-finanzi tal-Pulizija fil-glieda taghhom kontra l-kriminalit'?.
Il-Gvern prezenti, minflok qaghad jitkaza bis-sitwazzjoni kif kienet, analizza l-fenomenu tal-kriminalita' u beda biex zied il-Vot Kapitali tal-Pulizija b'40 fil-mija u zied id-dhul tal-Pulizija bi kwart ta' miljun lira.
Dr. Gavin Gulia, fl-istqarrija tieghu, ikkonferma li l-Gvern prezenti qed ikompli ghaddej bir-riforma fil-Korp. Dan jikkontradixxi dak li qal il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr. Alfred Sant, li l-Gvern kien waqqaf ir-riforma.
Ir-riforma fil-Korp kienet bdiet taht Gvern Nazzjonalista qabel l-1996, u issa qed titkompla bis-serjeta' u bil-fatti.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN