Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg iniedi konsultazzjoni dwar ir-riforma tal-process ta' l-Ippjanar

PR0123
Date Icon 02/02/1999

Ir-Riforma fil-Process ta' l-Ippjanar

Bis-sehem attiv tieghek

Minn dan ix-xahar il-Ministeru ta' l-Intern se jniedi programm ta' konsultazzjoni mal-pubbliku bhala parti mit-thejjija tar-riforma tant mehtiega fil-Process ta' l-Ippjanar. Il-fehmiet tal-pubbliku huma essenzjali biex din ir-riforma tkun success u ghalhekk se naghmlu dak kollu possibbli biex nilhqu l-fehmiet ta' kulhadd.

Dan il-programm jikkonsisti f'erba' laqghat regjonali, ghat-Tramuntana, ghan-Nofsinhar, ghall-parti Centrali ta' Malta u ohra f'Ghawdex. Il-pubbliku huwa mistieden ghal dawn il-konferenzi li ghalihom se jattendu wkoll l-ghaqdiet u l-kunsilli ta' dak ir-regjun.

F'April se ssir Konferenza Nazzjonali fejn fiha jigu riveduti l-fehmiet kollha espressi fil-laqghat regjonali u jitfassal rapport finali.

Minn dawn il-laqghat, il-Gvern qed jistenna s-sehem attiv tal-pubbliku bi proposti intizi biex il-process ta' l-Ippjanar isir aktar efficjenti u aggornat u rilevanti ghaz-zminijiet tal-lum.

Dak li sar s'issa

Il-Gvern Nazzjonalista fl-1992 waqqaf l-Awtorita` ta' l-Ippjanar biex tirregola l-Ippjanar f'pajjizna. Il-fatt li se ssir riforma f'dan il-qasam, ma jfissirx li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar m'ghadx hemm bzonnha, anzi l-Gvern huwa kommess li l-Awtorita` jaggornaha ghaz-zminijiet tal-lum sabiex isahhah il-process ta' l-ippjanar.

L-ghanijiet originali ta' l-Awtorita` kienu:

  1. Li thejji Pjan ta' Struttura u dokumenti supplimentari u pjanijiet aktar dettalljati, bhal pjanijiet lokali;
  2. Tikkonsulta ma' dipartimenti tal-Gvern, organizzazzjonijiet privati u persuni ohra dwar l-Ippjanar
  3. Tikkontrolla l-izvilupp – jigifieri l-ipprocessar tal-permessi;
  4. Kellha tghasses fuq kull operazzjoni ta' zvilupp u tara li ssir skond il-ligi;
  5. Tipprotegi l-wirt, kemm dak mibni, kif ukoll naturali;

Qabel ma wiehed jezamina kemm minn dawn l-ghanijiet intlahqu, tajjeb li wiehed ihares lejn fejn konna tlaqna. Qabel ma twaqqfet l-Awtorita`, id-decizjonijiet dwar l-applikazzjonijiet kienu jittiehdu wara bibien maghluqa fejn hadd ma kien ikun jaf x'qieghed isir.

L-Awtorita` dahhlet it-trasparenza fil-process kollu li bih tittiehed kull decizjoni. Huwa wkoll obbligu ta' l-Awtorita` li tikkonsulta regolarment dwar il-progetti u l-proposti li jkollha quddiemha.

Il-kuncett ta' ppjanar kien ghadu gdid ghal pajjizna u bhal kull bidu iehor, kien difficli u kellna nitghallmu mill-esperjenza.

Jista' jkun li l-aspettattivi tan-nies kibru, jew l-Awtorita` ippruvat tilhaq lil hinn minn fejn setghet tasal. Kienu x'kienu r-ragunijiet, l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, f'certi fatturi, ma waslitx fejn kellha tasal, u l-ghan tar-riforma se jkun li dawn il-fatturi jigu mistharrga u jinstabu s-soluzzjonijiet.

Ghaddew sitt snin minn fuq din l-istituzzjoni u wasal iz-zmien li nirrevedu kemm il-ligi, kif ukoll l-istituzzjoni nnifisha biex nizguraw li l-Awtorita` tilhaq l-aspettattivi tan-nies.

Il-Pjani Lokali

B'kollox, suppost saru seba' pjani lokali, imma fir-realta` kien biss dak ta' Marsaxlokk li gie komplut. Hemm ukoll il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir li wasal fl-ahhar stadju.

M'hemmx dubbju li f'dan il-qasam l-Awtorita` ma waslitx fejn kellha tasal. Ittiehdu decizjonijiet barra mill-qafas ta' ppjanar lokali li jridu jigu ezaminati.

Il-pjanijiet lokali huma essenzjali biex id-decizjonijiet li jittiehdu jkunu jaghmlu sens u jkunu wkoll konsistenti.

Bil-pjani lokali nkunu nistghu nevitaw kemm jista' jkun, interpretazzjonijiet konfliggenti tal-policies billi nipprovdu kwadru car li fih jittiehdu d-decizjonijiet.

Ir-Rwol tal-Kunsilli Lokali

Ilment principali tal-Kunsilli Lokali fejn ghandha x'taqsam l-Awtorita` jirrigwarda l-infurzar tal-ligi. Jidher li l-laqghat bejn l-Awtorita` u l-Kunsilli f'dan il-qasam m'humiex bizzejjed. Nistghu naraw jekk l-Awtorita` ghandhiex tiddelega parti mill-funzjonijiet regolatorji taghha lill-Kunsilli Lokali.

Il-konsultazzjoni

Hemm bzonn ukoll li l-process ta' l-ippjanar m'ghandux ikun ikkonsidrat bhala qasam esklussiv tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Id-dipartimenti tal-Gvern huma obbligati li jfasslu ‘subject plans' sabiex il-htigijiet taghhom jigu ntegrati fil-pjani kollha tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Dan huwa process ta' tibdil ta' mentalita` u ta' proceduri ta' organizzazzjoni.

L-Infurzar

L-infurzar m'huwiex biss it-twaqqigh tal-bini llegali. Hemm ukoll kazijiet li wara li l-Awtorita` tiehu l-passi mehtiega, is-sid tal-post jirregolarizza l-pozizzjoni tieghu. Ghalhek trid issir distinzjoni bejn dak li huwa llegali u li jista' jigi sanzjonat u dak li ma jistax jigi sanzjonat.

Hemm bzonn li nezaminaw il-process ta' l-infurzar innifsu, jekk hemmx bzonn multi aktar horox u jekk l-Awtorita` ghandhiex tkun mghammra b'makkinarju u rizorsi umani biex tagixxi aktar fil-pront.

Sehem il-pubbliku

L-ilmenti tal-pubbliku m'hux se jispiccaw minhabba n-natura kontroversjali tax-xoghol ta' l-Awtorita`, izda s-sitwazzjoni tista' tittaffa permezz tal-partecipazzjoni u l-informazzjoni. Ghadha tinhass bil-kbir in-nuqqas ta' partecipazzjoni fil-process tal-Ippjanar.

Biex l-ippjanar, tajjeb kemm hu tajjeb, jirnexxi, jiftiehem, u jigi accettat minn kulhadd, hemm bzonn li naghtu widen ta' x'qed jistennew il-Gvern, l-ghaqdiet u l-pubbliku generali mill-Awtorita`. Naraw ir-realta`, u nistghu narawha biss jekk ninfurmaw, nisimghu u nwittu t-triq ghal aktar partecipazzjoni biex il-pjan finali jkun wiehed li jifhmu kulhadd.

Ara wkoll id-diskors tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow