Left arrow Go Back

Ghajnuna kbira fil-qasam tat-trasport ghall-pajjizi applikanti ta' l-Unjoni Ewropeja

PR0115
Date Icon 01/02/1999

Giovanna Debono, il-Ministru ghal Ghawdex, kienet wahda mill-kelliema ewlenin li ndirizzaw seminar internazzjonali li nzamm f'Rennes, Franza organizzat mill-Konferenza tar-Regjuni Periferici u Marittimi ta' l-Ewropa bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Regjonali ta' Bretanja. Is-seminar kien jittratta l-politika ewropea ta' "Trans-European Transport Network" u kif is-sistemi ta' trasport ewropej ghandhom jigu integrati u estizi ghar-regjuni kollha ta' l-Ewropa biex jghinu u jgibu 'l quddiem l-izvilupp bilancjat mat-territorju kollu ewropew.

Fid-diskors taghha, l-Ministru Debono qalet li n-network ta' trasport mal-pajjizi kollha ewropej, li l-Unjoni Ewropea qed tghin bis-shih biex jinbena, ghandu jirrispondi ghall-htigijiet tar-regjuni periferici biex jeghlbu l-problemi ta' accessibilit'? li ghandhom.

F'dan ir-rigward, il-Ministru qalet li huwa ta' sodisfazzjon ghall-pajjizi li applikaw ghall-shubija fl-Unjoni Ewropea li l-Kummissjoni Ewropeja qed tipproponi li mis-sena 2000 ikun kemm strument finanzjarju li jghin lill-pajjizi applikanti biex sa minn qabel jissiehbu jkunu jistghu jizviluppaw l-infrastruttura tat-trasport u ta' l-ambjent taghhom. Il-Kummissjoni Ewropea qieghda fil-fatt tahseb biex il-pajjizi applikanti jinghataw ghajnuna finanzjarja ta' elf miljun euro fis-sena ghal dan il-ghan.

Il-Ministru Debono ziedet tghid li Malta qed taspira li tkun fost l-ewwel membri godda ta' l-Unjoni. Hija qalet li l-vantaggi ta' shubija huma kbar, fosthom swieq bla frontieri ghall-kapital, prodotti u servizzi, il-prospetti ta' iktar ghajnuna finanzjarja ghar-ristrutturazzjoni u modernizzazzjoni, kif ukoll ambjent politiku u ekonomiku stabbli li jghin l-izvilupp u l-holqien tal-gid.

Il-Ministru Debono qalet li Malta trid tissieheb fl-Unjoni Ewropea mhux biss biex tgawdi minn dawn il-beneficcji. Malta qed thares 'il quddiem b'herqa lejn il-partecipazzjoni attiva u lejn il-kontribut siewi taghha ghall-izvilupp ta' l-Ewropa fil-millennju l-gdid kif ghamlet f'dak li se jispicca.

Il-Ministru ghal Ghawdex irreferiet ghal qaghda strategika ta' Malta f'nofs il-Mediterran u kif pajjizna jista' jghin hafna biex jipprovdi holoq importanti li hemm nieqsa fis-sistemi ta' trasport ewropej. F'dan ir-rigward il-Ministru semmiet is-servizzi li l-Malta Freeport u Medifeeder qed jipprovdu fil-Mediterran u kif dawn qed izidu u jistghu jkomplu jzidu l-efficjenza fis-sistemi ta' trasport euro-mediterranji ghall-gid ta' kullhadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow