Ghawdex ifakkar Jum is-Sigar
Ghawdex illum inghaqad mal-bqija ta' l-Ewropa fit-tifkira ta' ‘Jum is-Sigar'. Fi programm imhejji mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fil-Ministeru ghal Ghawdex inqraw siltiet ta' poeziji u ndaqqu siltiet ta' muzika b'temi relatati man-natura. Il-programm ittella' fl-Iskola Primarja tal-Qala fil-prezenza tal-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u s-Sindku u Kunsilliera tar-rahal tal-Qala. F'diskors qasir is-Sindku elenka l-inizjattivi tal-Kunsill tieghu biex ihaddnu lokalitajiet differenti tar-rahal. Il-Ministru Debono enfasizzat fuq il-htiega t'ambjent isbah u iktar nadif madwarna.
"Ghawdex huwa mhux biss minn ta' quddiem fit-tkabbir u t-thawwil tas-sigar, imma ta' kull sena jibghat ukoll numru sostanzjali ta' sigar u pjanti lejn Malta" qalet il-Ministru. Hija tkellmet ukoll fuq il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-Kunsilli Lokali fi progetti li jsebbhu l-irhula. Wahda minn dawn hija Pjazza Repubblika fil-Qala, fejn wara c-cerimonja l-Ministru hawlet palma komemorattiva.
Fil-pjazza ghadu kif intemm xoghol ta' embellishment li kien jinkludi roundabout u tliet centre strips, thawwil ta' palm u sigar tal-fjuri, twahhil ta' bollards illuminati, fanali dekorattivi, restawr ta' pedestall u statwa antika ta' San Guzepp li issa ser titqieghed f'nofs il-pjazza. Fi tmiem ic-cerimonja l-Ministru Debono pprezentat numru ta' pjanti u xitel lit-tfal ta' l-Iskola Primarja tal-lokalita'.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN