Ktieb, kalendarju u posters b'messaggi preventivi mill-Agenzija Sedqa
Il-kollaborazzjoni li teżisti bejn l-a'enżija sedqa u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni favur programmi ta' prevenzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji hija eżempju ċar ta' kif il-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern jistgħu jaħdmu flimkien sabiex ji'u trattati problemi soċjali, bħalma huma l-abbuż tad-droga u l-alkoħol. Dan qalu l-Ministru tal-Politika Soċjali, Dr. Lawrence Gonzi, fil-preżenza tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Dr. Louis Galea, waqt preżentazzjoni ta' ktieb, kalendarji u posters li saritlu mill-Kap Eżekuttiv tas-sedqa, Dr. Sina Bugeja, fl-uffiċċju tiegħu fil-Belt Valletta.
Filwaqt li faħħar ix-xogħol li qed isir mis-sedqa favur il-prevenzjoni ta' l-abbuż tad-droga u l-alkoħol, il-Ministru Gonzi nnota illi l-edukazzjoni preventiva m'għandhix biss il-funzjoni li ''ib tnaqqis fil-problemi soċjali imma għandha twassal għal livell aħjar ta' għixien, kemm fuq il-livell ta' l-individwu kif wkoll fuq dak ta' soċjet'?. Il-ħolqien ta' soċjet'? aktar b'saħħitha, kompla Dr. Gonzi, ''ib magħha żvilupp fil-mentalit'? u l-kultura ta' l-istess soċjet'?.
Waqt l-indirizz li għamel, il-Ministru Gonzi habbar li wara li issa l-programmi ta' prevenzjoni primarja 'ewwa l-iskejjel huma stabbiliti, l-a'enzija sedqa bdiet taħdem sabiex twaqqaf servizz ta' prevenzjoni sekondarja. Permezz ta' dan is-servizz, ser ji'u identifikati sezzjonijiet ta' adoloxxenti li jistgħu jkunu f'riskju ta' abbuż ta' drogi. Huwa mahsub li l-ewwel programm pilota ji'i mibdi aktar tard din is-sena.
Fid-diskors tiegħu Dr. Gonzi qal li il-programm huwa l-ewwel pass lejn twaqqif ta' servizzi għall-adoloxxenti bi problemi soċjali. Huwa rrimarka li nhar it-Tlieta li 'ej il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali, ser jibda jiddiskuti l-problema ta' tfal li jinsabu f'riskju ta' abbuż, bil-għan illi jibda proċess li jwassal sabiex ji'i fformulat iċ-Children's Act. Huwa ħe''e' lis-sedqasabiex tieħu sehem attiv f'dawn id-diskussjonijet billi taqsam l-esperjenzi li di''? kisbet f'dan il-qasam tul dawn l-aħħar snin.
Il-preżentazzjoni kienet tinkludi posters immuntati li ser jitwaħħlu fl-uffiċini distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurt'? Soċjali. Dawn il-posters 'ew maħluqa minn studenti żgħażagħ, b'messa'' kontra l-abbuż tad-droga u l-alkoħol. Tnax minn dawn il-posters 'ew wkoll stampati f'kalendarju li 'ie wkoll ippreżentat lill-Ministru Gonzi.
Il-Kap Eżekuttiv tas-sedqa, Dr. Sina Bugeja, imbagħad ippreżentat ktieb ta' taħri' tematiku fl-ilsien u l-letteratura Maltija lill-Ministru Louis Galea. Dan il-ktieb huwa l-ewwel xogħol f'dan il-qasam u x-xogħol fuqu sar mis-Sur Tarcisio Zarb, għalliem u uffiċjal edukattiv fit-Taqsima tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. L-għan ta' dan il-ktieb huwa li jintlaħqu b'messa'' preventiv studenti tar-raba' sena fi skejjel sekondarja u t-tielet sena fl-iskejjel tas-snajja'. Is-Sur Zarb 'ie wkoll ippreżentat b'cheque ta' ringrazzjament mis-Sur Paul Pace, Manager tas-Servizzi ta' Prevenzjoni fi ħdan l-a'enzija sedqa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN