Stqarrija mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo, dwar is-sistema tal-V.A.T.
Filwaqt li s-Sisa kienet taxxa li holqot spiza ta' mill-anqas 21% fuq in-negozju, (15% ETI taxxa li tithallas qabel ma jinbiegh il-prodott u 5% ETP meta jinbiegh), il-VAT hija taxxa wahda ta' 15% li tithallas fuq il-prodott meta jinxtara mill-konsumatur u ghalhekk il-prodotti kollha ghand tal-hanut huma ‘duty free', u dan ghaliex bis-sistema tar-refunds' dak li jkun thallas fil-mument ta' l-importazzjoni jerga' jkun imhallas lura (refunded) bid-dritt lil tal-hanut jew lill-industrijalist, skond il-kaz.
Bis-sistema ta' refunds fuq nefqiet kapitali, in-negozji se jgawdu minn sistema ta' refunds immedjati li taht is-Sisa kienu ghad-diskrezzjoni ta' l-MDC li jkunu moghtija jew mizmuma. Ghalhekk il-VAT minkejja li hija ‘taxxa' ghandha tghin biex; n-negozjant jkollu aktar flus f'idejh (cash flow).
Wiehed ma jridx jinsa li b'zidiet fit-taxxi f'dawn l-ahhar sentejn t'amministrazzjoni precedenti fosthom bi thabbir ta' zieda tar-rati tad-dawl u l-ilma u bl-introduzzjoni tat-taxxa tas-Sisa (CET), il-Bank Centrali f'rapporti annwali tieghu u ohrajn, kemm il-darba rrimarka li b'kawza ta' decizjonijiet mehuda fil-budgets, in-negozju li jiddependi mill-konsum lokali naqas . Ghalhekk il-Gvern prezenti ha decizjonijiet immedjati biex itaffi dawn iz-ziediet li effettwaw hazin in-negozju lokali bil-hsieb li nergghu nghinu n-negozju jiehu l-hajja. Ghaldaqstant it-tnaqqis fir-rati tad-dawl u l-ilma, it- tnehhija ta' Sisa (CET) li kienet taxxa li tammonta mill-anqas ghal 21% fuq kull ma nixtru u bl-introduzzjoni tal-V.A.T. li hija taxxa ta' 15% imhallsa meta nixtru, huma decizjonijiet li gew mehuda biex propju jghinu s-suq jiehu l-hajja u jirrendi qliegh xieraq ghan-negozjant.
Konxji mill-effett negattiv ta' negozju batut li ssarraf f'nuqqas ta' dhul tal-Gvern, nuqqas ta' mpjiegi u f'nuqqas ta' inizjattivi matul dawn l-ahhar sentejn, issa huwa l-waqt li dawk kollha responsabbli ghandhom jghinu skond dmirijiethom biex' f'pajjizna in-negozju jiehu l-hajja.
Mill-paroli irridu nghaddu ghal fatti. Min jikkritika biss ikun qed juri kemm mhux jifhem is-sitwazzjoni. Ghalhekk min jaf tajjeb s-sitwazzjoni nistennew minnu impenn biex jghin is-sitwazzjoni tal-pajjiz tmur ahjar.
Ta' min jikkundanna kull caqlieq ingust fil-prezzijiet li jista jsir f'dan iz-zmien ta' bidla min taxxa ta' Sisa ghal VAT. Dan huwa abbuz u kull fejn se jkun irrappurtat li qed isir, irridu nghinu biex l-abbuz jew incertezza inkunu kapaci nikkoreguha u nghallmu lil min ikun qed jaghmilha biex ma jirrepetihiex.
Fl-istess mod nuri d-dizapprovazzjoni tieghi ghal dawk il-mezzi tax-xandir li f'dan il-waqt ta' bidla ipoggu lil kulhadd f'keffa wahda u jghaddu kummenti bi kliem bhal "serq" jew "hallelin" lil min jista' jkun qed jabbuza. L-abbuz jehtieg li jkun ikundannat izda bl-istess hegga iridu jsiru sforzi biex jigi kkoregut u l-izball ma jigix irrepetut.
Min irid ikun responsabbli fi dmirijietu ghal kritika li jaghmel, irid jghin biex tinstab soluzzjoni. Li nitfghu il-htija u naghtu tort lil xulxin ma hi se twassal ghall-ebda zvillupp biex nirrangaw l-abbuz fejn qed isir.
Dawk is-Self Employed jew negozji li ghandhom xi diffikulta ghandhom jikkomunikaw ma' l-Ufficcju tas-Segretarju Parlamentari L-Onor. Edwin Vassallo fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici fuq in-numru 246031.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN