Il-Ministeru tas-Sahha jwiegeb lil Moviment Graffiti
Il-Ministeru tas-Sahha huwa sorpriz kif il-Moviment Graffitti, l-ghada li thabbar li l-Gvern waqqaf kumitat biex itih pariri dwar it-twaqqif ta' servizz ta' Breast Screening, jghid li dan il-Gvern ma qed jaghmel xejn ghal dan il-ghan.
Il-Moviment Graffitti messu jzomm ruhu aktar aggornat qabel ma jemmen kull propoganda li jisma' u johrog stqarrija li ma taghmel gid lil hadd, specjalment lill-kredibbilt'? ta' l-istess moviment.
F'dawn l-ahhar erba' xhur kienu diversi l-okkazjonijiet li l-Ministru tas-Sahha qal li l-Gvern irid jimplimenta dan is-servizz.
Fl-istqarrija tieghu l-Moviment Graffitti qal li dan il-Gvern ma jridx jinvesti fl-apparat necessarju. Ta' minn wiehed ifakkar li fid-dokument Health Vision 2000 li kien pubblikat fl-1995, il-Gvern kien pogga il-kancer tas-sider bhala priorita' u beda l-process billi fl-1996, il-Gvern kien xtara l-aktar apparat modern ta' dak iz-zmien biex tkun tista' ssir mammografija.
Il-problema dwar l-introduzzjoni ta' dan is-servizz fuq bazi nazzjonali la huma l-finanzi u l-anqas l-apparat necessarju, imma r-rizorsi umani li wiehed jifhem li jista' jkunu bizzejjed fi zmien 3 snin.
Wiehed jiskanta kif il-Moviment Graffitti johrog stqarrija bhal din fi zmien meta l-Gvern wera ruhu determinat li jimplimenta dan is-servizz.
Ikun aktar ta' gid ghal kulhadd li qabel tohrog stqarrija simili jkunu verifikati l-fatti u mhux titwemmen il-propoganda partiggjana li qed issir biex programm ta' beneficcju ghan-nisa kollha Maltin u Ghawdxin issa gie politicizzat.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN