Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ta' l-Intern: Il-Gvern ser jipproponi Emmenda ghall-Ligi dwar il-Medicini Perikoluzi

PR0003
Date Icon 05/01/1999

Il-Ministeru ta' l-Intern jaghmel referenza ghall-kumment ta' l-Onorevoli Charles Mangion dwar il-bzonn ta' bdil fil-Ligi dwar reati konnessi ma' importazzjoni ta' droga, wara li l-Ministru ta' l-Intern ordna d-deportazzjoni ta' koppja Germaniza li kellha fil-pussess taghha ammont zghir ta' cannabis. (The Times 30.12.98).

Il-Ministeru ta' l-Intern jixtieq jaghmilha cara li l-ordni ta' deportazzjoni saret primarjament ghal ragunijiet umanitarji u bl-ebda mod ma jfisser li l-ligi dwar medicini perikoluzi (Kap 101) mhix se tigi emendata.

L-ironija hija li meta l-Oppozizzjoni Nazzjonalista fis-Seduta tas-26 ta' Jannar, 1998, waqt id-diskussjoni fi stadju ta' Kumitat tal-Ligi dwar id-Droga, ressqet emenda sabiex l-importazzjoni ta' droga ghal uzu personali, ghalkemm tibqa' reat, ma tigix meqjusa bhala traffikar, kien il-Gvern Laburista – u l-Onorevoli Charles Mangion stess – li ivvotaw kontra din l-emenda. (dokumenti annessi).

Il-Gvern prezenti se jerga' jipproponi dak li ppropona meta kien fl-Oppozizzjoni u cioe' li:-

  1. l-importazzjoni ta' droga, anki ghal uzu personali, minn turisti jew Maltin tibqa' reat li ghalih il-Qorti tista' taghti piena ta' prigunerija. Dan ifisser li:-
  2. l-importazzjoni ta' droga ghal uzu personali ma tibqax konsiderata bil-fors bhala traffikar, li ghalih hemm piena ta' bil-fors ta' habs.
  3. Il-Qorti ghalhekk ikollha diskrezzjoni sabiex taghti l-piena li jidhrilha hi, f'kazijiet ta' importazzjoni ta' droga ghal uzu personali.

Dawn il-proposti li saru s-sena li ghaddiet se jergghu jigu prezentati din is-sena, u huwa ittamat li jkun vot favur dawn l-emendi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow