Uzu ghaqli mis-Servizzi offruti mic-Centri tas-Sahha
PR2280
31/12/1998
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jheggeg lill-pubbliku biex jaghmel uzu ghaqli mis-servizzi offruti mic-Centri tas-Sahha.
Il-pubbliku huwa mheggeg biex f’ kazijiet fejn ikun hemm htiega ta’ tabib, kemm jista’ jkun ma tintalabx vizta fid-dar, jekk il-kundizzjoni ta’ l-individwu tippermetti li dan jattendi huwa stess fic-Centru tas-Sahha.
Minhabba z-zieda fil-mard li hawn bhalissa, mhux qed ikun dejjem possibbli li t-tobba li hemm jahdmu f’ dan is-servizz ilahhqu mal-vizti mitluba. Ghalhekk huwa fl-interess ta’ kulhadd li talbiet ghall-vizti jithallew biss ghal dawk ic-cirkostanzi li verament jimmeritaw vizta fid-dar.
Id-Dipartiment jirringrazzja lill-pubbliku ghall-koperazzjoni tieghu.
31.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN