Impjegati fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd jinghataw certifikati tal-hatra
Dalghodu fil-Ministeru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, Ministru tal-Biedja u Sajd, qassam ic-Certifikati ta’ Hatra lil hdax-il impjegat tad-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru. Inhatru sitt Agricultural Officers, Senior Fisheries Officer, ExecutiveOfficer, Senior Tradesman u zewg Stone Dressers.
Il-Ministru Zammit qal li dawn il-hatriet huma intenzjonati sabiex ikomplu jsahhu l-istruttura tad-Dipartimenti halli dawn ikunu dejjem ta’ servizz ahjar ghall-bdiewa, rahhala u sajjieda, kif ukoll sabiex ikunu jistghu jikkoperaw ahjar mal-Kunsilli Lokali fil-hidma biex jissebbah l-ambjent li nghixu fih.
Dawn il-hatriet huma ukoll turija ohra tal-fiducja li qed juri l-Gvern fl-impjegati tieghu. Il-Ministru sahaq fuq il-bzonn li l-impjegati li qed jircievu dawn il-hatriet ikunu denji ta’ din il-fiducja. Huma ghandhom jaghtu xogholhom kif suppost, sabiex barra li jservu ta’ ezempju ghal shabhom fuq il-post tax-xoghol, ikunu wkoll qed jaghtu sehemhom ghall-gid tal-Biedja u Sajd fil-pajjiz.
22.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN