Aktar minn miljun Lira ghat-tahrig ta' l-impjegati
Aktar minn miljun Lira ghat-tahrig ta' l-impjegati
Góas-sena d-dieóla l-Gvern qed jivvota mhux anqas minn Lm1,069,314 góat-taórií ta’ l-impjegati tiegóu. Dan qalu l-Ministru góall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, meta dalgóodu inawgura wirja ta’ jumejn, ta’ proíetti li saru minn impjegati tal-Gvern li temmew b’suððess korsijiet organizzati mid-Department for Further Studies and Adult Education, tat-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni.
Il-parti kbira ta’ dawn l-impjegati huma óaddiema mit-Taqsima tax-Xogólijiet fi ódan il-Ministeru góall-Ambjent. Dawn jinkludu 16-il impjegat, sitta minnhom Góawdxin, li temmew kors ta’ tliet snin ta’ Architects’ Assistants u Draughtsmen; u 40 li temmew il-Kors ta’ Foremen, li dam sejjer sena.
Il-proíetti li saru mill-impjegati li attendew il-kors ta’ Architects’ Assistantsand Draughtsmenjikkonsistu fi pjanti u mudelli, filwaqt li dawk ta’ l-impjegati li attendew il-kors tal-Foremen jinkludu studji dwar diversi suííetti, bóal ma huma l-oqsma tad-djar, djar góall-anzjani, skejjel sekondarji tal-bniet, il-Palazz Verdala, l-Auberge d’Italie u l-isptar il-ídid f’Tal-Qroqq.
L-impjegati óadu madwar óames xhur biex góamlu l-proíett tagóhom u kull proíett kien jirrikjedi óafna xogóol.
Filwaqt li feraó lill-impjegati li temmew il-korsijiet tagóhom b’suððess, il-Ministru Zammit Dimech qal li m’góandu l-ebda dubju li korsijiet bóal dawn huma ta’ benefiððju góall-óaddiema góax ikomplu jwessghu t-tagólim tagóhom. Hu qal li dan il-Gvern jemmen bis-sóió fit-taórií tal-óaddiema, tant li fis-snin l-imgóoddija waqqaf dipartimenti apposta fi ódan ið-Ðivil biex jieódu ósieb jorganizzaw kosrijiet ta’ taórií góall-impjegati.
Hu qal ukoll li l-Gvern mhux biss qed jipprovdi taórií dirett lill-óaddiema tiegóu, iúda góen u se jkompli jgóin lil dawk il-óaddiema li jridu jkomplu jispeðjalizzaw, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
17.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN