Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha iwiegeb lill-Onor. Helena Dalli dwar l-introduzzjoni ta' "breast cancer screening"

PR2215
Date Icon 14/12/1998

Il-Ministeru tas-Sahha iwiegeb lill-Onor. Helena Dalli dwar l-introduzzjoni ta' "breast cancer screening"

Il-kelliema ta’ l-Oppozizzjoni dwar in-nisa, l-Onor. Helena Dalli, kienet irrapurtata li qalet li l-Gvern Laburista kien infurmat li programm ta’ breast cancer screening seta’ jibda sa mill-bidu tas-sena 2000. Dan hu diga’ kontradizzjoni ta’ dak li qal l-ex Ministru tas-Sahha li qal li kien ser jintroduci l-breast cancer screening mis-sena d-diehla.

L-Onor. Helena Dalli kienet irrapurtata li qalet li l-Gvern Laburista kellu dan il-parir u issa l-Gvern prezenti ghandu parir li dan il-programm jista’ jibda fi zmien 3 snin. Is-Sinjura Dalli kienet irrapurtata li qalet li ma tistax tifhem kif l-istess nies li taw il-parir lill-Gvern Laburista issa qed jghidu mod iehor.

Tajjeb li wiehed, l-ewwelnett, ifakkar li l-Gvern Laburista qatt ma ghamel diskussjonijiet dwar il-breast cancer screening u dan jikkonfermawh id-Diretturi tad-Dipartiment tas-Sahha.

Tajjeb li wiehed jghid ukoll li l-Gvern prezenti ha hsieb li jippubblika policy dwar il-breast cancer li ma kienetx tezizti sa ftit gimghat ilu. Dan jikkonferma s-serjeta’ li miexi biha l-Gvern f’dan il-qasam. Ghalkemm il-Health Vision 2000, li kien ippubblikat fl-1995, kien identifika l-kancer tas-sider bhala priorita’, il-Gvern precedenti ma kompliex fuq il-passi li kien wiret minghand il-Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam u kellu jkun issa li l-Gvern qed jerga’ jkompli l-implimentazzjoni ta’ dak li nbeda sentejn ilu.

Ghalhekk il-Gvern issa hu impenjat li jintroduci l-breast cancer screening b’mod professjonali. Il-hsieb hu li dan ikun implimentat fi zmien 3 snin meta hu mistenni li sa dak inhar id-Dipartiment ikollu r-rizorsi kollha necessarji biex dan jitwettaq.

14.12.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow