Diskussi mizuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman dwar l-Isptar Monte Carmeli
Diskussi mizuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman dwar l-Isptar Monte Carmeli
Wara li kien ippubblikat ir-rapport ta’ l-Ombudsman dwar l-Isptar Monte Carmeli, l-Interim Hospital Management Team qieghed jaghmel laqghat regolari specifikament indirizzati lejn mizuri konnessi mar-rapport ta’ l-Ombudsman.
Dan habbru l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu inawgura esibizzjoni ta’ l-arti organizzata minn Fond Ghaj-Ri. Parti mill-flus li jingabru mill-bejgh ta’ dawn il-pitturi ser imorru ghar-riabilitazzjoni tal-klijenti fl-Isptar Monte Carmeli.
Il-Ministru tas-Sahha habbar li bhalissa qed jitlesta l-processs biex jinxtraw oggetti necessarji bhal lockers, purtieri, inkwadri u affarijiet simili biex il-kwalita’ tal-hajja tal-pazjenti titjieb. Il-Ministru tas-sahha qal ukoll li qed isir studju ta’ l-erba’ swali, jigifieri MW2, FW6, MW10, FW10, bil-hsieb illi facilitajiet ta’ sigurta’ tas-swali MW10 u FW10 jistghu jigu provduti b’mod izjed adattat.
Louis Deguara qal ukoll li kien diga’ gie ppreparat rapport dwar kemm il-pazjenti ghandhom idumu wahedhom u issa dan ir-rapport qed ikun attwat. Barra minhekk, tenna l-Ministru Deguara, gie mhejji fuljett b’informazzjoni ghall-klienti, li jinkludi informazzjoni fuq kif wiehed jista’ jaghmel ilmenti. Hemm ukoll impjegat li qed ihejji process biex dawn l-ilmenti jkunu milqugha u tittiehed azzjoni fuqhom.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-Gvern hu impenjat biex kemm jista’ jkun malajr titwettaq riforma radikali fil-Kura tas-Sahha Mentali. Riforma li ilha li bdiet tkun diskussa u implimentata sa mill-bidu tas-snin disghin, izda li nghatat il-genb matul l-ahhar sentejn. B’dan il-ghan, sostna l-Ministru tas-Sahha, saret ukoll laqgha bejn il-Ministeru tas-Sahha, dak tal-Politika Socjali u l-Ministeru t’Ghawdex biex titfassal strategija ghal dak li ghandu jsir fil-gejjieni. Hu kompla jghid li l-Ministeru t’Ghawdex kien involut minhabba li hemm il-hsieb li jibda progett pilota f’Ghawdex ta’ re-integrazzjoni ta’ klienti.
Louis Deguara irringrazzja lill-organizzazzjoni Fond Ghaj-Ri tax-xoghol li twettaq b’risq il-klienti ta’ l-Isptar Monte Carmeli u qal ukoll li ghall-ewwel darba, ic-celebrazzjoni ta’ Jum il-Milied organizzata mill-Ministeru tas-Sahha ser issir fl-Isptar Monte Carmeli. Din ic-celebrazzjoni tibda permezz tal-quddiesa tradizzjonali ta’ nofs il-lejl, li wkoll ghall-ewwel darba ser issir fil-Kappella ta’ dan l-isptar, minflok f’dik ta’ l-Isptar San Luqa fejn saret dejjem.
L-esibizzjoni organizzata minn Fond Ghaj-Ri qed tittella’ fil-Health Education Centre fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta u ser iddum miftuha sa lejliet il-Milied. Fond Ghaj-Ri hija wahda mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi li l-ghan taghha huwa li tigbor fondi ghar-riabbilitazzjoni tal-klijenti.
Fi tmiem din l-attivita’, il-Ministru Deguara f’isem l-impjegati kollha tal-Head Office tad-Dipartiment tas-Sahha u tas-Segretarjat tieghu, ipprezenta s-somma ta’ Lm126 lill-Movimnet Kerygma b’risq iz-zjara f’Malta ta’ tfal Sqallin u Albanizi matul il-festi tal-Milied.
11.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN