Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Konferenza ta' l-Ahbarijiet lejliet l-ewwel Jum Dinji ghall-Azma
Il-Ministru tas-Sahha jindirizza Konferenza ta' l-Ahbarijiet lejliet l-ewwel Jum Dinji ghall-Azma
Huwa possibbli u huwa wkoll l-ghan li l-imwiet ta’ dawk li jbatu bl-azma jitnaqqsu bin-nofs.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta llum indirizza Konferenza ta’ l-Ahbarijiet lejliet l-ewwel Jum Dinji ghall-Azma.
Il-Ministru tas-Sahha qal li l-ghan li ghalih qed ikun celebrat dan il-jum hu sabiex titqajjem kuxjenza dwar din il-kundizzjoni li mhix problema ta’ pajjizna biss. Louis Deguara qal li madwar id-dinja jmutu madwar 25,000 tifel u tifla kagun ta’ l-azma u b’aktar impenn dawn l-imwiet jistghu jitnaqqsu bin-nofs. Barra minhekk jitnaqqsu wkoll b’25% dawk it-tfal li jkollhom jiddahhlu l-isptar minhabba l-azma, u l-assejentizmu mill-iskejjel minhabba din il-kundizzjoni wkoll jitnaqqas bin-nofs.
Louis Deguara qal li l-Gvern hu konxju ta’ din il-kundizzjoni tant li hija wkoll imnizzla fost il-prioritajiet fid-dokument Health Vision 2000 li kien ippubblikat fl-1995. Barra minhekk qal il-Ministru tas-Sahha, bejn l-1994 u l-1995 sar studju dwar il-prevalenza ta’ l-azma f’pajjizna, studju li kien pubblikat fl-1997 u li ser jerga’ jkun ripetut fis-sena 2001.
Dawk li jbatu bl-azma tenna, il-Ministru Deguara jsibu l-ghajnuna tal-Gvern billi fost l-ohrajn jiehdu kura u medicinali b’xejn. Dwar il-medicini, Louis Deguara qal li l-Gvern jiehu hsieb li jkollu dejjem ghad-dispozizzjoni tieghu l-aktar medicinali ricenti u dan minhabba li anke fejn tidhol l-azma l-kuncett ta’ kif din tkun trattata jinbidel.
Id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha ser jibda jqassam fuljett bil-Malti u bl-Ingliz dwar kif tikkontrolla l-azma. Dan il-fuljett jista’ jinkiseb b’xejn mill-Asthma Clinic fl-Isptar San Luqa, kif ukoll mic-"Centru Taghlim Dwar Sahhtek", fil-Belt Valletta.
Il-Ministru tas-Sahha temm billi appella li l-ewwel attenzjoni ghat-tfal li jbatu bl-azma trid tinghata fid-dar stess, minhabba li jista’ jkun il-post fejn il-prevalenza ta’ l-attakki jkunu qed jigu kagunati.
10.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN