Il-Prim Ministru jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew
Il-Prim Ministru jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew
Il-Prim Ministru, Dr Eddie Fenech Adami, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Dr Joe Borg, u mis-Sur Richard Cachia Caruana, Assistent Personali tal-Prim Ministru, illum halla Malta ghal Vienna biex jiehu sehem fis-Summit tal-Partit tal-Poplu Ewropew (EPP).
F’dan is-Summit, li jsir regolarment qabel kull Summit ta’ l-Unjoni Ewropea, mistennija jiehdu sehem ukoll il-Prim Ministru ta’ Spanja, Josè Maria Aznar, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Jean-Claude Juncker, il-Prim Ministru tal-Belgju, Jean-Luc Dehaene, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jacques Santer, u l-President tal-Parlament Ewropew, Josè-Maria Gil Robles. Ma dawn ser ikun hemm ukoll il-Prim Ministri ta’ seba pajjizi applikanti ohra, li kollha jaghmlu parti mill-Partit Popolari Ewropew, jew jahdmu qrib tieghu.
Is-suggett principali f’dan is-Summit ser ikun it-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea, specjalment fir-rigward tan-negozjati mal-pajjizi applikanti ghal shubija.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta ghada, il-Gimgha, 11 ta’ Dicembru.
10.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN