Il-Gvern impenjat biex dawk li ghandhom problema ta' sahha mentali jkunu integrati lura fis-socjeta` malajr kemm jista' jkun
Il-Gvern impenjat biex dawk li ghandhom problema ta’ sahha mentali jkunu integrati lura fis-socjeta` malajr kemm jista’ jkun
Il-laqgha li saret din il-gimgha bejn il-Ministeru tas-Sahha, tal-Politika Socjali u l-Ministeru ta’Ghawdex saret bil-ghan li jissahhah il-process li jwassal biex dawk li ghandhom problemi ta’ sahha mentali jkunu integrati fis-socjeta`.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha, Louis Deguara, meta dalghodu inawgura fiera ta’ jumejn organizzata mil-Friends of Attard Hospital fl-Isptar Monte Carmeli.
Louis Deguara qal li l-Gvern hu impenjat li l-kura li tinghata tkun wahda preventiva imma wkoll ta’ support lill-klijenti biex maljar kemm jista’ jkun jigu integrati fis-socjeta’.
Hu tenna li barra dan, il-Gvern jinsab ukoll impenjat li jkompli ghaddej bir-riforma mehtiega fil-qasam tas-sahha mentali.
Il-Ministru tas-Sahha kellu kliem ta’ tifhir ghall-ghaqda Friends of Attard Hospital tal-fiera li torganizza kull sena u li din is-sena waslet fl-34 edizzjoni taghha. Hu tenna li permezz ta’ attivitajiet simili, l-ghaqda tippromwovi l-kuncetti li jrid jespandi l-Gvern, fosthom li titnehha l-istigma li hemm fuq l-isptar Monte Carmeli.
B’fiera bhal din, sostna l-Ministru Deguara, dawk li jattendu jirrealizzaw li f’Monte Carmeli hemm nies bhalhom li wkoll ghandhom kapacitajiet u talenti, barra minhekk dawk l-impjegati li jahdmu ma’ dawn il-klijenti jaraw sodisfazzjon li x-xoghol taghhom qed jaghti l-frott. Il-Gvern ghalhekk irid jghin biex dawn il-klijenti jkomplu jkabbru dawn it-talenti taghhom.
Il-fiera ser iddum miftuha s’ghada u fiha hemm ghall-bejgh hwejjeg, affarijiet ta’ l-ikel kif ukoll ornamenti ghad-dar.
05.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN