Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino jippartecipa fl-ewwel laqgha ta' evalwazzjoni tal-progett EDRIM tal-Kunsill
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino jippartecipa fl-ewwel laqgha ta' evalwazzjoni tal-progett EDRIM tal-Kunsill
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, is-Sur George Pullicino nhar it-Tlieta ippartecipa fl-ewwel laqgha ta' evalwazzjoni tal-Progett EDRIM (ElectronicDiscussion Risks Management) tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Dan il-progett huwa intiz sabiex f'kazijiet ta' disastri naturali u emergenzi ohra ikun hemm komunikazzjoni permezz tal-multi-media bejn esperti mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Civili minn diversi pajjizi.
Waqt din il-laqgha, li saret fi Franza, is-Segretarju Parlamentari assista ukoll ghall-ewwel ezercizzju bi prova ta' dan il-progett. F'dan l-ezercizzju ippartecipaw id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ta' Franza, Grecja, Portugall u c-Centru Ewropew fi Strasbourg.
F'dan l-ezercizzju l-ufficjali tal-Protezzjoni Civili li kienu fuq is-sit ta' emergenza ikkomunikaw permezz ta' video conferencing u mezzi ohra ma' Centri ohra Ewropej.
Is-Segretarju Parlamentari waqt il-laqgha esprima is-sodisfazzjon tieghu ghall-inizzjattiva tal-Kunsill ta' l-Ewropa u awgura li jitkompla x-xoghol fuq dan il-progett li ser jaghti opportunita anki lill-pajjizi zghar bhal Malta, li jaghmlu uzu mill-esperjenza ta' grupp akbar ta' esperti f'kaz ta' emergenza jew ta’ disastru.
03.12.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN