Tahdidiet dwar twaqqif ta' skolasport f'Ghawdex
Tahdidiet dwar twaqqif ta' skolasport f'Ghawdex
Waqt laqgha bejn il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni l-Perit Jesmond Mugliett, saru diskussjonijiet dwar it-twaqqif ta’ l-Iskola Sport f’Ghawdex. F’Ghawdex digà jezistu facilitajiet ta’ livell gholi u internazzjonali, specjalment fil-Gozo Sports Complex u ghalhekk dan jiffacilita t-twettiq ta’ din l-inizjattiva f’Ghawdex.
Il-Ministru ghal Ghawdex qalet li l-istudenti u z-zghazagh Ghawdxin digà huma konxji hafna ta’ l-importanza fizika u psikologika ta’ l-isports, u ghalhekk progett bhal Skola Sport ghandu jsib pedament tajjeb. Is-Segretarju Parlamentari Mugliett qal li zgur li inizjattiva bhal din ser issib is-support kollu ta’ l-Iskola Sport f’Malta, specjalment mill-esperjenza siewja migbura f’dawn l-ahhar ghaxar snin mit-twaqqif taghha.
Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari ddiskutew ukoll il-qasam taz-Zghazagh, b’mod partikolari dak li hu relatat mad-divertiment taghhom. Huma sahqu fuq l-importanza li jkun hemm koordinazzjoni ahjar ta’ l-isforzi li jsiru minn diversi ghaqdiet u assocjazzjonijiet taz-zghazagh, biex dawn ikunu accessibbli ghal firxa ikbar ta’ nies f’din il-kategorija.
03.12.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN