Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jzuru l-GImgha Xjenza u Teknologija

PR2121
Date Icon 26/11/1998

Il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jzuru l-GImgha Xjenza u Teknologija

Illum il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppozizzjoni flimkien ma’ numru ta’ studenti, zaru l-Gimgha Xjenza u Teknologija '98. Huma kienu akkumpanjati mill-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni.

L-Onor. E. Fenech Adami flimkien ma’ l-Onor. J. Mugliett, zaru l-fabbrika Carlo Gavazzi f'Bulebel, fejn fost l-ohrajn isir xoghol specjalizzat ta’ bini ta’ relays u switches li mbaghad jinbieghu mad-dinja kollha. Fost il-processi mhux tas-soltu li tapplika din il-fabbrika hemm dak maghruf bhala surfacemounting ta’ circuits. Il-Prim Ministru kkummenta fuq il-formazzjoni tajba li tezisti fit-tahrig ta’ l-inginiera f’Malta u l-bzonn tal-kontinwazzjoni tat-taghlim. Ta’ interess partikolari ghall-istudenti prezenti kien l-izvilupp u r-ricerka ta’ prodotti godda li jsiru f’din il-fabbrika.

L-Onor. A. Sant akkumpanjat ukoll mill-Onor. J. Mugliett, zaru l-fabbrika ASAGPlastics fl-istess qasam industrijali. Huma kienu murija l-processi ta’ manifattura li jsiru f’din il-fabbrika li jinkludu plastic injection, stampar fuq il-plastic u riciklagg ta’ plastic.

L-Onor. J. Mugliett qal li waqt din il-Gimgha qed jiehdu sehem madwar 50 skola. Aktar minn 10,000 student kellhom l-opportunità li jzuru xi whud mill-135 azjenda madwar Malta u Ghawdex. B’dawn iz-zjajjar, l-istudenti setghu jifhmu ahjar l-applikazzjoni tal-principji tax-xjenza li jistudjaw fil-klassi, u anki jaraw b’ghajnejhom x’karrieri jezistu fil-qasam tat-teknologija.

26.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow