Impjegati fid-Dipartiment tas-Sahha jinghataw il-hatra "full time" wara zmien twil bhala haddiema kazwali
Impjegati fid-Dipartiment tas-Sahha jinghataw il-hatra "full time" wara zmien twil bhala haddiema kazwali
L-impenn tal-Gvern biex is-servizzi tas-sahha f’Malta jilhqu livell ta’ eccellenza zgur mhux possibli minghajr l-impjegati kollha li jahdmu mad-Dipartiment tas-Sahha.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta dalghodu qassam ittri ta’ hatra lil 131 Impjegat tad-Dipartiment. Il-Ministru Deguara qassam dawn l-ittri lil Consultant Pathologist, Senior Medical Officer, Principal Physioterapists (2), Senior Dental Technologists (2), Psychologist, Assistant Principal Medical Laboratory Technologist, Staff Nurses (49), Midwives (6), Podologists (7), Medical Laboratory Technologists (4), Pharmacy Technicians (6), Enrolled Nurses (47) u Boiler Attendants (4).
Louis Deguara qal li dak li kien qed issir illum hu weghda ohra mwettqa tal-Gvern li kienet tghid li mill-aktar fis ikunu impjegati bhala full-timers dawk l-impjegati tac-Civil li kien ilhom ghal xi zmien impjegati bhala haddiema kazwali. Minn dawk li rcevew l-ittra tal-hatra llum kien hemm min ilu jahdem fil-grad ta’ haddiem kazwali ghal aktar minn sena u nofs.
Il-Ministru tas-Sahha tenna li l-Gvern hu impenjat li jwettaq dak li wieghed fil-programm elettorali li fuqu kien elett. F’dak li ghandu x’jaqsam mal-qasam tas-sahha, il-Ministru Deguara qal li kien ghalhekk li mill-ewwel gurnata tnehhiet it-taxxa ta’ nofs lira fuq il-medicni, id-Direttorat ta’ l-Infermiera rega’ nghata l-awtonomija u dak kollu necessarju biex jahdem, wara li kien ilu ghall-ahhar sentejn imwarrab, u wkoll beda jsir studju bis-serjetà biex l-isptar il-gdid ikun verament sptar li jixraq lill-poplu Malti.
Louis Deguara tkellem ukoll dwar il-ftheim kollettiv tal-haddiema tac-Civil. Hu qal li din kienet weghda ohra li wettaq il-Gvern f’inqas minn 3 xhur u li permezz taghha kienu ser igawdu l-impjegati kollha tas-settur pubbliku, kemm f’dak li huwa pagi, kif ukoll f’kundizzjonijiet tax-xoghol. Hu semma li fid-diskors tal-Budget tal-bierah sar maghruf li kull impjegat tac-Civil, sa l-ahhar tas-sena, ser jircievi Lm234 f’arretrati.
Il-Ministru Deguara, filwaqt li awgura success lill-impjegati fix-xoghol taghhom fil-qasam tas-sahha, appellalhom biex jiftakkru dejjem li huma jkollhom x’jaqsmu ma’ persuni bhalhom u ghalhekk iridu jzommu dejjem f’rashom li l-pazjent ghandu dejjem jinzamm fic-centru ta’ kull decizjoni u att li jaghmlu.
List of Appointments handed out on 26/11/98
Consultant Pathologist (Biochemistry) : Dr Gerald C Buhagiar |
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN