Left arrow Go Back

Kors ta' thejjija ghal dawk li se jirtiraw mix-xoghol

PR2108
Date Icon 25/11/1998

Kors ta' thejjija ghal dawk li se jirtiraw mix-xoghol

Bejn il-1999 u s-sena 2000 ’il fuq minn 800 impjegat se jirtiraw mis-Servizz Pubbliku.

L-iStaff Development Organisation fil-Management and Personnel Office, fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, bdiet sensiela ta’ korsijiet biex thejji lil dawk li se jirtiraw ghal din il-bidla f’hajjithom. Il-korsijiet qed jittellghu bl-ghajnuna tal-Ministeru ghall-Politika Socjali u l-Istitut tal-Gerontologija u l-Gerjatrija, fl-Universita` ta’ Malta.

F’dawn il-korsijiet, il-partecipanti se jinghataw taghrif dwar sahha, pensjonijiet, beneficcji socjali u servizzi ghall-anzjani, ezercizzji fizici, psikologija u taghrif dwar ghaqdiet volontarji li fihom dawk li se jirtiraw jistghu jiehdu sehem attiv u jaghtu kontribut siewi lis-socjeta`.

Fost il-kelliema hemm esperti fil-qasam tal-Gerontologija u l-Gerjatrija kif ukoll ufficjali mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u d-Dipartiment ghall-Kura ta’ l-Anzjani.

L-ewwel kors gie inawgurat illum l-Erbgha, 25 ta’ Novembru 1998, mill-Kap tas-Servizz Pubbliku, is-Sur Joe R. Grima.

25.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow