Il-President izur l-Istitut ghat-Teknologija ta' l-Energija
Il-President izur l-Istitut ghat-Teknologija ta' l-Energija
L-E.T., il-President, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, illum zar l-Istitut ghat-Teknologija ta’ l-Energija f’Marsaxlokk, bhala parti mill-"Gimgha Xjenza u Teknologija 1998".
F’diskors ghall-okkazjoni huwa sahaq dwar l-importanza li ghandha tinghata l-energija mix-xemx u r-rih bhala suppliment ghall-forom konvenzjonali ta’ l-energija.
Jakkumpanja lill-E.T. il-President kien hemm l-Onor. Jesmond Mugliett, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni. Huwa ddiskuta mad-dirigenti ta’ l-Istitut il-politika nazzjonali dwar l-energija, u l-enfasi li l-Gvern qed jaghmel fuq sorsi alternattivi ta’ l-energija.
Ghada, il-Hamis, 26 ta’ Novembru 1998, mistennija jippartecipaw fil-"Gimgha Xjenza u Teknologija", l-Onor. Prim Ministru, Dr. Eddie Fenech Adami, u l-Onor. Dr Alfred Sant, Kap ta’ l-Oppozizzjoni.
L-Onor. Eddie Fenech Adami huwa mistenni li jzur Carlo Gavazzi Ltd. ta’ B42 Qasam Industrijali, Bulebel fid-9.15 a.m., filwaqt li l-Onor. Alfred Sant ser izur l-A.S.A.G. Plastics Ltd. ta’ B4A fl-istess qasam industrijali fil-11.45 a.m.
25.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN