Prezentazzjoni ta' cekk tal-Commonwealth Youth Service Award Scheme 1997/8
Prezentazzjoni ta' cekk tal-Commonwealth Youth Service Award Scheme 1997/8
Is-Segretarju Parlamentari Jesmond Mugliett ipprezenta cekk ta’ elf Lira Sterlina u plakka ta’ rikonoxximent tal-Commonwealth Youth Service Award Scheme 1997/98 lil Fr. Charles Fenech O.P., li rcieva l-flus ghan-nom tal-Kerygma. Din is-socjetà intghazlet minn fost tliet ghaqdiet ghall-progett taghha Solidarity through Sport li bih ingabru flus ghad-Dar tal-Providenza. Filwaqt li rringrazzjah tax-xoghol fejjiedi li taghmel il-Kerygma fi hdan is-socjetà Maltija, heggu jkompli l-hidma tieghu fil-gejjieni.
Id-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport kien innomina l-Kerygma, il-Youth 4 Life u l-AIESEC ghal dan l-Award. Is-sinifikat ta’ dan l-Award huwa li jirrikonoxxi u jippremja ghaqdiet volontarji taz-zghazagh ghax-xoghol siewi li jaghmlu.
Fil-Commonwealth Youth Programme, Malta hi membru mar-regjun ta’ l-Afrika. Dan ir-regjun jaghti tliet premijiet ta’ rikonoxximent li jinkludu ghotja ta’ elf Lira Sterlina kull wiehed. Diversi pajjizi minn dan ir-regjun innominaw ghaqdiet taz-zghazagh li jahdmu f’oqsma socjali, kulturali ambjentali u filantropici.
23.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN