Left arrow Go Back

Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd izur l-inhawi milquta mill-maltemp fl-Imgarr

PR2067
Date Icon 19/11/1998

Il-Ministru ta' l-Agrikoltura u Sajd izur l-inhawi milquta mill-maltemp fl-Imgarr

Fis-sighat bikrin ta’ dalghodu, tromba ta’ l-arja laqtet l-inhawi ta’ l-Imgarr u halliet warajha herba shiha fl-infrastruttura agrikola tal-lokal, partikolarment f’numru ta’ serer u hitan tas-sejjieh.

Il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd minn filghodu kmieni beda jircievi rapporti dwar il-hsarat li kien hemm u mill-ewwel intbat il-makkinarju necessarju biex jiftah toroq tal-bdiewa, li kienu sfaw imblukkati peress li waqghu il-hitan tas-sejjieh ghal go fihom.

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit mar ukoll fuq il-post fejn iltaqa’ mal-bdiewa li soffrew dawn id-danni. Huma urewh il-herba li halliet warajha il-maltempata u talbu l-intervent tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura sabiex jghinhom fl-ispejjez li ser igarbu. Wara li dar hafna mill-postijiet milquta, il-Ministru talabhom sabiex huma jikkordinaw ma’ l-Extension Services tad-Dipartiment u jfittxu jippreparaw l-istimi ta’ l-ispejjez, kemm strutturali kif ukoll ta’ prodotti agrikoli, halli jkunu jistghu isiru t-talbiet relevanti. Huwa weghedhom li ser jiehu interess personali f’din l-isfortuna li sofrew, kemm dawn il-bdiewa, kif ukoll bdiewa f’lokalitajiet ohrajn.

19.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow