Left arrow Go Back

Zjara tal-Ministru tas-Sahha fid-Dipartiment ta' l-"Out Patients"

PR2065
Date Icon 19/11/1998

Zjara tal-Ministru tas-Sahha fid-Dipartiment ta' l-"Out Patients"

Il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara dalghodu zar id-dipartiment ta’ l-Out Patients fejn dan l-ahhar f’diversi klinici ta’ dan id-dipartiment bdiet tithaddem sistema kompjuterizzata ta’ kif jinghataw l-appuntamenti lill-pazjenti.

PATIENT ADMINISTRATION SYSTEM

Id-decizjoni li l-Gvern jizviluppa sistema komprensiva u integrata ta’ Informazzjoni Teknologika fil-qasam tas-sahha ittiehdet mill-amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1993. Din is-sistema kellha tidhol fl-isptarijiet kollha tal-Gvern kif ukoll fic-Centri tas-Sahha kollha kemm ta’ Malta kif ukoll dawk f’Ghawdex.

F’Jannar ta’ l-1996, kien iffirmat kuntratt bejn l-SMS (Ireland) Ltd. u l-Management Systems Unit (illum MITTS) f’isem il-Gvern Malti biex il-kumpanija tipprovdi s-sistema maghrufa bhala l-Patient Administration System (PAS). Din is-sistema flimkien mal-Order Communications System jaghmlu parti mill-ewwel fazi tas-sistema ta’ Informazzjoni Teknologika tal-qasam tas-Sahha.

PATIENT MASTER INDEX (PMI)

L-ghan tal-PMI hu li tkun migbura l-informazzjoni demografika tal-pazjent. Din tghin biex tnaqqas il-paperwork kif ukoll ittejjeb l-immaniggjar ta’ l-informazzjoni tal-pazjent. Din tghin ukoll biex fis-swali ta’ l-isptarijiet u c-centri tas-sahha ikunu printjati labels bid-dettalji tal-pazjent. L-informazzjoni migbura fil-PMI tintuza mis-sistema kollha tal-PAS. S’issa fil-PMI hemm migbura informazzjoni fuq aktar minn 400,000 ruh.

L-ewwel darba li ntuzat il-PMI kien fit-28 ta’ Aptil 1997. Minhabba l-bidla fl-amministrazzjoni, l-uzu ta’ din is-sistema beda 6 xhur tard. Ghall-ewwel din is-sistema bdiet tithaddem fil-Medical Records, fir-reception ta’ l-Out Patients u fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fuq is-Sahha. Wara din is-sistema bdiet tithaddem ukoll fil-Main Reception SLH, A&E Reception SLH, Diabetes Clinic Reception SLH, is-swali ta’ l-Ortopedija u c-Centru tas-Sahha tal-Furjana. Gradwalment bdiet tahdem ukoll fl-isptarijiet kollha u fic-centri tas-sahha.

FILE TRACKING (FT)

Fit-30 ta’ Settembru tas-sena l-ohra bdiet tithaddem ukoll il-File Tracking. Minn dakinhar il-moviment kollu tal-270,000 file li hemm fil-Medical Stores beda jkun registrat permezz tal-kompjuter u ghalhekk illum huwa aktar facli li jinstabu l-files. F’dan il-process jintuza l-barcoding biex b’hekk is-sistema tkun facilitata aktar kif ukoll izzid is-sigurta’. L-efficjenza ta’ din is-sistema wasslet biex l-ilmenti dwar files mitlufa illum naqsu drastikament u fi zmien qasir isiru negligibbli.

OUTPATIENTS BOOKING AND REGISTRATION (OPBR)

L-Outpatients Booking and Registration module jiffacilita l-appuntamenti u r-registrazzjoni ta’ l-attendenza tal-pazjenti fl-Out Patients Department u c-Centri tas-Sahha. Dan il-module jipprovdi wkoll ghadd ta’ rapporti li jiffacilitaw l-immaniggjar ta’ dawn id-dipartimenti. Dan il-module beda jahdem fit-8 ta’ Lulju li ghadda u bhala progett pilota u thaddem ghall-ewwel darba fid-Diabetics Clinic. Issa beda jithaddem ukoll f’diversi klinici ta’ l-istess dipartiment.

MODULES ghall-Futur

Fis-sentejn li gejjin hu ppjanat li jiddahhlu u jithaddmu l-modules t’hawn taht.

  • Admissions, Discharges and Transfers

  • Pre-Admissions (i.e. bookings for elective admissions)

  • Waiting Lists

  • Accident & Emergency

  • Order Communications

  • Results Reporting

19.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow