Inhatar mill-gdid il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Inhatar mill-gdid il-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech stqarr li l-industrija tal-bini mistennija terga’ tinghata spinta ’l quddiem permezz tad-diversi progetti ta’ zvilupp li qed ikunu ippjanati. Hu ghalhekk importanti li din l-industrija thejji ruhha ghal dan l-ammont konsiderevoli ta’ xoghol.
Hu kien qed jitkellem waqt l-ghoti tal-hatra lic-Chairman u l-Membri tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini, li ghandu bhala skop ewlieni li jhares u jsahhah din l-industrija hekk vitali ghall-ekonomija Maltija.
Bhala Chairman u Chief Executive ta’ dan il-Kunsill inhatar il-Perit Robert Musumeci. Il-membri huma l-Perit Godwin Zammit, f’isem il-Kamra tal-Periti u Inginiera Civili; is-Sur Vincent Farrugia, is-Sur Emanuel Aquilina u s-Sur Anthony Baldacchino f’isem il-GRTU; is-Sur Jack Calamatta f’isem il-GWU; l-Inginier Joseph Sammut, f’isem il-Kamra ta’ l-Inginiera Professjonali; is-Sur George Bonnici, f’isem l-Assocjazzjoni ta’ l-Agenti tal-Proprjetà; is-Sur Nazzareno Vassallo, f’isem il-Kamra tal-Kummerc; il-Perit Vince Magri mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar; is-Sur Angelo Xuereb, f’isem il-Federazzjoni ta’ l-Industriji; is-Sur Joe Gerada, f’isem il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin; is-Sur Albert V. Mamo, f’isem it-Taqsima ta’ l-Artijiet u Kostruzzjoni; u s-Sur Michael Aquilina f’isem il-Ministeru ghall-Ambjent. Bhala Segretarju nnatar is-Sur Anthony Cassar.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-hsieb tal-Gvern hu li dan il-Kunsill jibda jservi ta’ forum, fejn jaghti lok ghal diskussjoni bejn l-entitajiet governattivi u privati, biex ikunu identifikati u solvuti dawk il-problemi li tiffaccja l-industrija tal-bini.
Barra minhekk, dan il-Kunsill ghandu jkompli jistinka biex tinholoq kuxjenza akbar dwar is-sahha u s-sigurtà fil-post tax-xoghol, mhux biss permezz ta’ kampanji promozzjonali fuq skala nazzjonali, izda wkoll billi jassigura l-infurzar tar-regolamenti li jharsu s-sigurtà tal-haddiema f’din l-industrija.
F’dan ir-rigward, il-Ministru ghall-Ambjent heggeg lil dawk kollha li jipprovdu servizzi f’din l-industrija biex ma jixxahhux meta jigu biex isegwu dawk ir-regolamenti intizi biex iharsu s-sahha tal-haddiem. Fl-istess waqt heggeg lill-istess haddiema biex jaghmlu uzu minn dak it-taghmir li jinghataw biex iharsu lilhom infushom.
Il-Ministru Zammit Dimech qal ukoll li skop iehor ta’ dan il-Kunsill ghandu jkun dak edukattiv fejn ihejji programmi ta’ ricerka u korsijiet ta’ tahrig halli l-industrija tal-bini tkompli ssir aktar professjonali.
Hu zied li minn naha tieghu l-Gvern se jkompli jaghti l-appogg shih tieghu biex il-Kunsill ikun jista’ jwettaq il-hidma tieghu u b’hekk jilhaq dawk l-iskopijiet li ghalihom twaqqaf. Il-Ministru ghall-Ambjent tenna l-htiega ta’ koordinazzjoni shiha bejn l-industrija tal-bini u l-Gvern, b’mod partikolari dan il-Ministeru, biex filwaqt li din l-industrija tibqa’ taghti s-sehem shih taghha lill-ekonomija tal-pajjiz, ma taghmilx hsara lill-ambjent.
17.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN