Left arrow Go Back

Il-Ministeru tas-Sahha jipprotesta mal-Public Broadcasting Services dwar censura fuq Ministru

PR2048
Date Icon 16/11/1998

Il-Ministeru tas-Sahha jipprotesta mal-Public Broadcasting Services dwar censura fuq Ministru

Il-Ministeru tas-Sahha, permezz tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, ipprotesta mas-Sur Albert Marshall, Chief Executive tal-Public Broadcasting Services, ghall-mod kif il-Ministru tas-Sahha Dr Louis Deguara kien iccensurat mill-istazzjon nazzjonali.

Nhar is-Sibt li ghadda l-PBS ghamel uzu minn materjal provdut mill-Ministeru tas-Sahha biex tella’ feature dwar id-diabete. Ma’ dan il-feature il-PBS xandar messagg ta’ l-okkazjoni tal-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista dwar is-Sahha u ccensura ghal kollox il-messagg tal-Ministru Deguara.

Barra minnhekk, fl-istess okkazjoni, il-PBS naqas li jxandar produzzjoni ta’ seba’ minuti mtella’ mill-Ministeru tas-Sahha biex tinforma lill-poplu dwar id-diabete u turi s-servizzi li joffri l-Gvern lill-pazjenti li jbatu minn din il-marda. Dan sar minkejja li l-Ministeru zamm mal-kriterji kollha mitluba mill-istazzjon nazzjonali biex din il-produzzjoni setghet issehh.

Nhar il-Gimgha, 13 ta’ Novembru 1998, il-Ministru ltaqa’ ma’ delegati ta’ l-ghaqdiet li jahdmu favur persuni neqsin mis-smigh. Din l-attività kienet injurata ghal kollox mill-PBS.

Flimkien ma’ din l-Istqarrija qed tintbaghat kopja ta’ l-ittra ta’ protesta li d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni baghat lic-Chief Executive tal-PBS.


DIPARTIMENT TA’ L-INFORMAZZJONI  DEPARTMENT OF INFORMATION

MALTA

16 ta’ Novembru 1998

Is-Sur Albert Marshall
Chief Executive
Public Broadcasting Services Ltd

Ghaziz Sur Marshall,

Permezz ta’ din l-ittra nixtieq inwassallek protest ghall-mod kif diversi attivitajiet tal-Ministeru tas-Sahha gew iccensurati mill-istazzjon nazzjonali.

1. Nhar is-Sibt 14 ta’ Novembru kien il-Jum Dinji tad-Diabete. Il-Ministru Deguara seta’ ghazel li lejliet dan il-jum jaghmel xandira ministerjali ta’ mhux aktar minn 7 minuti. Minflok, il-Ministru ghazel li dan l-ispazju jintuza biex tittella’ produzzjoni biex tqajjem kuxjenza dwar id-diabete, kif ukoll dwar is-servizz li jipprovdi l-Gvern lill-pazjenti li jbatu minn din il-marda.

Ghal dan il-ghan, nhar il-Gimgha 6 ta’ Novembru, il-Ministeru ghadda lill-PBS l-iscript ta’ din il-produzzjoni. Dan ghamlu propju gimgha qabel, kif kienet titlob ittra mibghuta mis-Sur Martin Micallef, Manager Communications andInternational Relations tal-PBS. Kopja tar-registru tal-PBS turi li l-iscript kien wasal.

Madankollu, nhar it-Tlieta 10 ta’ Novembru, il-Ministeru kien infurmat li din il-produzzjoni ma kienx possibbli li ssir minhabba nuqqas ta’ impjegati u minhabba li dan l-iscript allegatament wasal tard ghand is-Sur Micallef li kien ghamel zmien indispost. Il-PBS issuggerixxa illi, minflok il-produzzjoni, isir diskors ta’ 7 minuti mill-Ministru nnifsu. Minhabba l-impenji tal-Ministru Deguara ma kienx possibbli li fiz-zmien li kien fadal jinstab hin ghar-recording. Ghalhekk, la saret il-produzzjoni u lanqas sar il-messagg ministerjali. Dan, meta l-Ministeru kien ilu f’kuntatt mal-PBS dwar din il-produzzjoni minn nhar il-Gimgha 30 ta’ Ottubru.

2. Is-Sibt 14 ta’ Novembru, fil-Jum Dinji ghad-Diabete, il-PBS xandar feature dwar din il-marda waqt il-Bulettin ta’ l-Ahbarijiet. Il-materjal li ntuza ghal dan il-feature kien provdut mill-Ministeru tas-Sahha nnifsu b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment ghall-Promozzjoni tas-Sahha u d-Diabetes Association. Ma’ dan il-materjal intbaghat ukoll messagg tal-Ministru Deguara ghal dan il-jum.

Il-PBS ghamel uzu mill-materjal mibghut lilu u mieghu xandar messagg ta’ l-okkazjoni mill-Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista dwar is-Sahha. Il-messagg tal-Ministru Deguara baqa’ ma xxandarx.

3. Nhar il-Gimgha 13 ta’ Novembru, fis-6 ta’ filghaxija, il-Ministru Deguara ltaqa’ ma’ delegati ta’ l-ghaqdiet li jahdmu favur dawk neqsin mis-smigh. Din l-attività kienet taghmel parti mill-attivitajiet organizzati mill-istess ghaqdiet fl-okkazjoni tal-Gimgha ghal Persuni Neqsin mis-Smigh. L-istazzjon nazzjonali baqa’ ma rrappurtax din l-attività.

Minn dan tifhem li dan il-protest huwa floku. Nittama li immedjatament jittiehdu passi biex jinghata rimedju xieraq. Fuq kollox, ghall-futur, irid ikun zgurat illi nuqqasijiet bhal dawn ma jirrepetux ruhhom.

Inselli ghalik

Alfred D Baldacchino
Agent Direttur

c.c. Chairman, Awtorità tax-Xandir
Mezzi ta’ l-istampa u xandir

3, Castille Place, Valletta

Tel: 224901, 250550-60. Fax: 237170

16.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow