Left arrow Go Back

Servizz gdid mill-isptar generali t'Ghawdex

PR2032
Date Icon 13/11/1998

Servizz gdid mill-isptar generali t'Ghawdex

Waqt zjara lis-sezzjonijiet u dipartimenti ta’ l-Isptar Generali t’Ghawdex, il-Ministru Giovanna Debono habbret il-bidu ta’ servizz gdid ghal dawk neqsin mis-smigh. Din l-ahbar inghatat propju fil-Gimgha ddedikata ghal-Persuni Neqsin mis-Smigh.

B’dan is-servizz li fih ser isiru moulds ta’ l-apparat tas-smigh, persuni neqsin mis-smigh mhux ser ikollhom jistennew hafna gimghat u anke xhur biex dawn il-moulds jaslu minn barra minn Malta.Dan id-dewmien kien johloq hafna problemi, fosthom dik li persuna nieqsa mis-smigh ma tistax tuza apparat tas-smigh personali taghha bil-konsegwenza ta’ hafna diffikultajiet fil-komunikazzjoni. Per ezempju ghall-istudenti neqsin mis-smigh dan ifisser li ma jistghux ikampaw fl-iskola. Dan johloq frustrazzjoni zejda u jnaqqas il-progress fl-edukazzjoni ta’l-istudenti.

Dan l-apparat li ser jinxtara mill-Audiology Maintenance Unit fl-Isptar Generali, ser jintuza wkoll biex isiru t-tiswijiet ta’ l-apparat tas-smigh u apparat iehor li jintuza minn persuni neqsin mis-smigh, bhalma huma r-Radio Hearing Aids u l-Auditory Training Units. Dawn it-tiswijiet fil-prezent ma jistghux isiru f’Malta, ghalhekk jew ma jsiru xejn, jew inkella l-apparat jintbaghat barra minn Malta.

Biz-zjara tal-lum il-Ministru ghal Ghawdex kompliet b’sensiela ta’ zjarat ta’ orjentament mad-diversi oqsma governattivi li jaqghu taht il-Ministeru taghha. Fl-Isptar Generali, il-Ministru segwiet ix-xoghlijiet strutturali li qed isiru fic-CCU biex tinbena Isolation Unit gdida, kif ukoll il-bini mill-gdid u t-tkabbir tas-CSSD Unit fejn isir ix-xoghol kollu ta’ sterilizazzjoni fl-Isptar Waqt iz-zjara taghha, il-Ministru Debono sahqet fuq il-bzonn ta’ manutenzjoni kontinwa ta’ l-istruttura ta’ l-Isptar flimkien mal-meljorament tas-servizzi offruti.

Permezz ta’ din iz-zjara, il-Ministru Debono kellha wkoll l-okkazjoni li tiltaqa’ mal-haddiema ta’ l-Isptar Generali u titkellem maghhom dwar il-qaghda prezenti fid-diversi sezzjonijiet u dipartimenti.

13.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow