Ittri ta' Patrick Calleja lil Dr. Alfred Sant
Ittri ta' Patrick Calleja lil Dr. Alfred Sant
B’referenza ghall-istqarrija mahruía l-bierah mill-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni rigward ittri li s-Sur Patrick Calleja kiteb lil Dottor Alfred Sant:
Huwa ta’ sodisfazzjon li wiehed jinnota li b’rizultat ta’ stharrig li ghamel l-Ufficcju tal-Prim Ministru u l-appell li ghamel il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami fir-risposta Parlamentari ta’ nhar it-tnejn li ghadda, Dottor Alfred Sant hass il-bzonn li jghid x’ghamel b’korrispondenza ufficcjali li rcieva meta kien Prim Ministru. L-istharrig beda’ wara li s-Sur Patrick Calleja qal li wassal korrispondenza fl-Ufficcju tal-Prim Ministru. Is-Sur Calleja mkien ma semma li din il-korrispondenza kienet ta’ natura kunfidenzjali jew personali.
Kuntrarjament ghal x’tghid l-istqarrija mahruga l-bierah, mhux minnu li s-Sur Emmanuel Abela, designate Assistent Segretarju Privat tal-Prim Ministru ghamel, jew ha sehem f’xi investigazzjoni biex jigi stabbilit jekk Dottor Sant qattx iltaqa’ mas-Sur Patrick Calleja. Is-Sur Abela, kif intqal diga’ fir-risposta Parlamentari li ta l-Prim Ministru, ha l-passi necessarji sabiex tigi lokalizzata l-korrispondenza ndirizzata lill-Prim Ministru, kif wara kollox kien fid-dover tieghu li jaghmel. Ghal dan il-ghan huwa kellem lis-Sur Vincent Piccinino.
Mhux minnu li waqt din il-laqgha s-Sur Abela staqsa lis-Sur Vincent Piccinino jekk is-Sur Patrick Calleja qattx iltaqa ma’ Dottor Alfred Sant.
Mhux minnu wkoll li s-Sur Abela baghat ghas-Sur Biagio Farrugia qabel kellem lis-Sur Vincent Piccinino. Fil-fatt, is-Sur Abela kellem lis-Sur Biagio Farrugia wara suggeriment li tah s-Sur Vincent Piccinino stess.
Minn dan johrog bic-car li l-asserzjonijiet li hemm fl-istqarrija ta’ l-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni huma bbazati fuq premessi foloz.
Fl-ahharnett ta' min jghid li huwa fatt kurjuz li, fi stqarrija daqstant twila, l-Ufficcju tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ma semma xejn dwar it-tielet ittra jigifieri dik tas-17 ta’ Awissu 1997.
12.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN