Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco jiltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Irlandiz
Il-Vici Prim Ministru Guido de Marco jiltaqa' mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Irlandiz
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Professur Guido de Marco, illum kellu laqgha mall-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Irlandiz David Andrews, f’Government House, Dublin.
Fil-laqgha li kienet wahda ferm kordjali, iz-zewg ministri ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi u b’mod partikolari l-impenn posittiv ta’ l-Irlanda fir-riattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghad-dhul fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Andrews wera l-fehma tieghu li jara lil Malta fost l-ewwel grupp ta’ pajjizi li ghandhom jissiehbu fl-Unjoni Ewropea.
Il-Vici Prim Ministru kien akkumpanjat mis-Sinjuri Saviour Falzon, David Casa u Noel Judd, Konslu Generali Honorarju ghal Malta fl-Irlanda.
12.11.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN