Left arrow Go Back

Hidma biex Malta tiffirma ftehim ta' koperazzjoni ma' l-Emirati Gharab Maghquda

PR2020
Date Icon 11/11/1998

Hidma biex Malta tiffirma ftehim ta' koperazzjoni ma' l-Emirati Gharab Maghquda

Ghaddejja hidma kontinwa biex fiz-zmien li gej Malta tilhaq ftehim bilaterali ta’ koperazzjoni kummercjali u ftehim iehor ta’ koperazzjoni edukattiva u xjentifika ma’ l-Emirati Gharab Maghquda.

Dan habbru illum is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici George Hyzler, meta fit-tieni jum tieghu fl-Emirati Gharab Maghquda, indirizza konferenza ta’ l-ahbarijiet flimkien ma’ l-AirMalta u l-METCO. Bhalissa Dr. Hyzler qed imexxi delegazzjoni kummercjali Maltija fl-Emirati Gharab Maghquda.

Fil-konferenza ta’ l-ahbarijiet, Dr. Hyzler qal li kemm Malta, kif ukoll Dubai, jistghu jaqsmu flimkien opportunitajiet ta’ tahrig f’setturi varji, bhall-ibbankar, il-business management, il-catering, il-kostruzzjoni, kif ukoll fl-industrija tac-cinema.

Dr.Hyzler tkellem ukoll fuq l-isfidi li pajjizna qed jiffacja, partikolarment dik ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea. Qal li l-mod kif ahna qed inharsu lejn dan il-pass importanti fl-istorja poltika taghna hu sinjal car tal-maturità ta’ pajjiz li lest jilqa’ sfidi ekonomici akbar.

Filwaqt li sahaq li d-decizjoni fuq is-shubija trid tittiehed permezz ta’ referendum, qal li mill-Unjoni Ewropea jibbenifika mhux biss pajjizna, izda ukoll l-Emirati Gharab Maghquda. Dan ghaliex pajjizna jibda jservi ta’ pont bejn l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.

Huwa zied jghid ukoll li l-Emirati Gharab Maghquda jistghu jghinu l-pajjizna biex dan jinfiltra aktar fis-swieq tal-Lvant imbieghed.

Matul il-gurnata, f’zjara li ghamel fil-Port Hieles ta’ Jebel Ali, thabbar li ntlahaq ftehim li delegazzjoni minn din l-azjenda Gharbija, f’April tas-sena d-diehla, tigi Malta ghal tahdidiet ma’ ufficjali tal-Malta Freeport bi l-ghan li titjieb l-hidma bejn iz-zewg pajjizi.

Fil-Port Hieles ta’ Jebel Ali, Dr. Hyzler iltaqa’ ma’ l-ufficjali u haddiema ta’ dan il-port, filwaqt li iffamiljariza ruhu mal-hidma li titwettaq hemmhekk.

F’diskors li ghamel waqt din iz-zjara, Dr. Hyzler qal li hu necessarju li pajjizna jkollu relazzjonijiet tajba ma’ Dubai anke fil-qasam marittimu. Sostna li bhalma l-Freeport ta’ Malta ghandu diga’ rabtiet tajbin ma’ l-Ewropa, l-Istati Uniti u l-Kanada, hekk ukoll ghandu bzonn itejjeb ir-rabtiet mal-Lvant Imbieghed, permezz ta’ relazzjonijiet tajba ma’ Dubai.

Intant illum, is-Segretarju Parlamentari George Hyzler zar ukoll l-ufficini ta’ l-AirMalta f’Dubai, li ilhom joperaw sa mill-1993. Hawnhekk ic-Chairman ta’ l-AirMalta, habbar li l-linja ta’ l-ajru Maltija, mis-sajf tas-sena d-diehla, ser tibda taghmel titjiriet kuljum lejn il-Golf Gharbi. Habbar ukoll li ’l quddiem l-Airmalta ser taghmel titjiriet lejn l-India u l-Pakistan via Dubai.

Aktar tard fil-ghaxija, f’diskors li ghamel waqt riceviment ufficjali moghti mill-AirMalta, Dr. Hyzler enfasizza fuq l-impenn tal-Gvern li fost l-ohrajn jghin lill-kumpaniji parastatali u l-intraprizi zghar u medji biex dawn jaghrfu l-bzonn li jinvestu ahjar fir-rizors uman billi jipprovdu lill-haddiema t-tahrig essenzjali.

11.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow