Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici George Hyzler jinawgura ufficcju tal- Mid-Med Bank plc f'Dubai

PR2014
Date Icon 10/11/1998

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici George Hyzler jinawgura ufficcju tal- Mid-Med Bank plc f’Dubai

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, George Hyzler, illejla ufficjalment inawgura ufficcju tal-Mid-Med Bank f’Dubai.

Is-Segretarju Parlamentari Hyzler jinsab fl-Emirati Gharab Maghquda jmexxi delegazzjoni kummercjali ta’ tnejn u ghoxrin ruh, li lkoll kemm huma jirraprezentaw kumpaniji Maltin.

F’diskors li ghamel waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan l-ufficcju, Dr.Hyzler iddeskrieva l-operat tal-Mid-Med Bank f’Dubai, bhala xhieda cara tal-hbiberija li tezisti bejn il-pajjizi Gharab u Malta.

Qal li l-impenn tal-Gvern Malti hu li jkompli jaghmel hiltu kollha biex iheggeg lill-kommunità kummercjali Maltija tkompli tizviluppa r-relazzjonijiet taghha ma kommunitajiet barranin.

Dan kollu qal Dr. Hyzler itejjeb il-varji ekonomiji u jaghmilha aktar facli biex jitjiebu r-relazzjonijiet bilaterali u b’hekk il-kummercjanti jigu mhegga jidhlu f’avventuri godda. Dan jghin ukoll lill-Gvernijiet biex itejbu l-izvilupp politiku, ekonomiku u socjali billi jeghlbu l-problemi tal-qghad, il-kriminalità, il-faqar u l-imaniggjar hazin ta’ l-ambjent, temm jghid Dr. Hyzler.

Dan hu l-ewwel ufficcju tal-Mid-Med Bank li infetah fil-Lvant Nofsani. Barra f’Dubai, il-Mid-Med Bank s’issa ghandu ufficcji fl-Awstralja, il-Kanada u l-Ingilterra kif ukoll mistennija tiftah ufficcji ohra f’Milan u Brussell.

Dr.Hyzler, flimkien ma’ ufficjali tal-Mid-Med Bank, dalghodu taw konferenza ta’ l-ahbarijiet f’Dubai, fejn spegaw il-hidma tal-Gvern Malti u l-operat ta’ dan il-bank lill-membri ta’ l-istampa Gharbija.

Aktar kmieni, is-Segretarju Parlamentari Hyzler indirizza l-Kamra tal-Kummerc u l-Industrija ta’ Dubai. Fil-laqgha, li attendew ghaliha bosta negozjanti Gharab, Dr. Hyzler ta stampa cara tal-politika barranija li ser jimxi biha l-Gvern.

Huwa qal li shubija fl-Unjoni Ewropea, ser tghin biex Malta ittejjeb l-integrazzjoni ekonomika li digà tezisti mal-pajjizi Ewropej. Fl-istess hin, zied jghid li pajjizna qec ihares il-quddiem biex itejjeb ir-relazzjonijiet kummercjali mal-pajjizi Gharab u dan fl-istennija li fl-ghaxar snin li gejjin titwaqqaf Zona ta’ Kummerc Hieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjzi Gharab bhal parti mill-process Euro-Mediterranju.

Hu kellhu ukoll laghqat mal-kommunita kummercjali Maltija li tinsab f’Dubai kif ukoll diversi laghqat individwali ma bosta negozjanti barranin.

F’Dubai bhalissa qed titella’ ukoll Malta Week organizzata mill-AirMalta, l-METCO u l-Mid-Med Bank. Tul din il-gimgha bosta negozjanti barranin qed ikunu imhajra juzaw prodotti u servizzi Maltin.

L-attivitajiet ta’ Dr. Hyzler ikomplu ghada b’laqghat ministerjali.

10.11.98

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow