Il-Ministru Ninu Zammit izur il-fabbrika Andrews Feeds
Il-Ministru Ninu Zammit izur il-fabbrika Andrews Feeds
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, dalghodu zar il-fabbrika tal-ghalf bilancjat ta’ l-Andrews Feeds, f’Hal-Luqa. Hemmhekk huwa iltaqa’ mac-Chairman ta’ l-kumpanija internazzjonali ta’ l-Andrews, is-Sur Dawson Moreland, li dawwar lil Ministru ma’ l-impjanti tal-manifattura u produzzjoni li hemm fil-fabbrika.
Waqt din iz-zjara saru wkoll diskussjonijiet bejn il-Ministru u d-dirigenti tal-kumpanija dwar l-ahjar modi li permezz taghhom ir-rahhala jkunu jistghu igawdu prodott ta’ ghalf li jkun idejali ghall-merhliet taghhom. L-iktar punt importanti li tqajjem kien dwar dak li hu msejjah il-Feed Conversion Ratio, jigifieri r-rata li biha tigi mkejjla l-efficjenza tal-ghalf f’dak li huwa rizultat fi kwantità u kwalità ta’ prodotti ta’ laham u halib mqabbla ma’ l-ammont ta’ ghalf ikkunsmat.
Gie diskuss ukoll it-tahlita u t-tip ta’ ingredjenti li jintuzaw fl-ghalf, kif ukoll il-hxejjex li r-rahhala jitimghu lill-bhejjem. Il-kumpanija Andrews offriet lill-Ministru Zammit li taghti ghajnuna teknika bil-ghan li d-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura jkun f’posizzjoni ahjar li jaghti pariri u guidance lir-rahhala dwar it-tahlita ta’ gwiez u hxejjex li huma jaqblilhom juzaw, biex ikollhom l-ahjar rizultati possibbli ghall-ispejjez li jaghmlu.
Waqt din iz-zjara il-Ministru Ninu Zammit kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil Ministeru tal-Biedja u Sajd, is-Sur Edward Gauci Borda, mid-Direttur tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, is-Sur Franco Serracino Inglott u mis-Segretarju Privat tal-Ministru, is-Sur Joe Camilleri.
10.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN