Left arrow Go Back

Twaqqif mill-gdid ta' Local Councils' Desk Officers f'Dipartimenti tal-Gvern

PR2002
Date Icon 07/11/1998

Twaqqif mill-gdid ta' Local Councils' Desk Officers f'Dipartimenti tal-Gvern

Waqt diversi laqghat li s-Segretarju Parlamentari fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Austin Gatt, kellu dal-ghodu s-Sibt mal-Kunsilli Lokali tal-Gharb, Ghasri, San Lawrenz u Zebbug, thabbar li l-Gvern ser iwaqqaf mill-gdid il-Local Councils’ Desk Officers f’Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet parastatali, wara li dawn kienu ghebu tul dawn l-ahhar sentejn. Huwa qal dan waqt li kompla ghaddej bis-sensiela ta’ laqghat ta’ introduzzjoni mal-Kunsilli Lokali, li issa lahqet ritmu sodisfacenti. Il-laqghat ta’ dal-ghodu mal-Kunsilli Lokali Ghawdxin saru fil-Ministeru ghal Ghawdex fil-Belt Victoria.

Dr.Gatt qal li hu kien sorpriz li dak li kien wettaq Gvern Nazzjonalista precedenti rigward dawn id-Desk Officers, illum - sentejn wara - spicca kollu. Huwa sostna li l-Gvern fi hsiebu jerga’ jpoggi lill-Kunsilli Lokali ’il fuq fil-lista tal-prijoritajiet fit-twettiq tal-politika tieghu.

Is-Segretarju Parlamentari sahaq ukoll li bit-twaqqif mill-gdid ta’ dawn id-Desk Officers irid jibghat messagg lil kull dipartiment jew entità governattiva li l-Kunsilli Lokali qeghdin hemm biex jibqghu, u sabiex jinghataw l-importanza li jixirqilhom fil-process kollu tat-tehid tad-decizjonijiet.

Dr.Gatt temm ighid li dan kollu huwa parti mill-pjan tal-Gvern li titwettaq politika effettiva li thalli l-frott mixtieq mill-Kunsilli Lokali sabiex ikunu kapaci jesegwixxu l-hidma taghhom bla tfixkil.

07.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow