Il-Vici Prim Ministru jiltaqa' ma' Hans Van Den Broek
Il-Vici Prim Ministru jiltaqa' ma' Hans Van Den Broek
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, dalghodu kellu laqgha fit-tul mal-Kummissarju Hans Van den Broek, fi Brussel.
Id-diskussjoni bejn il-Vici Prim Ministru u l-Kummissarju, li kienet wahda intensiva u dettaljata hafna, kienet relatata mar-rijattivazzjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Vici Prim Ministru u l-Kummissarju Van den Broek ezaminaw kif dak li kien digà deciz dwar Malta sa l-1996, u in partikolari li n-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jibdew sitt xhur wara l-konkluzjoni tal-Konferenza Intergovernattiva, jorbot mar-rijattivazzjoni tat-talba ta’ Malta, u dan minkejja li l-Gvern precedenti kien iffriza d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissarju Van den Broek spjega li b’rizultat ta’ l-iffrizar, u l-fatt li minhabba f’hekk Malta ma gietx inkluza fid-decizjonijiet fuq it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea li ttiehdu fis-Summit ta’ Lussemburgu ta’ Dicembru 1997, inholoq il-bzonn li jsir rapport mill-Kummissjoni biex l-Unjoni Ewropea issa tkun tista’ tiehu d-decizjonijiet necessarji f’dan ir-rigward.
Il-Kummissarju spjega li l-Questionnaire biex jghin halli jitlesta dan ir-rapport fuq Malta ser jintbaghat Malta fil-granet li gejjin, u ghalhekk hu jara li r-rapport jista’ jkun komplut sa Frar 1999.
Il-Vici Prim Ministru u l-Kummissarju Van den Broek qablu li jibqghu f’kuntatt kontinwu bejniethom biex jassiguraw li kollox jimxi ’l quddiem kif mixtieq.
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, il-Prof. Guido de Marco, mistenni lura Malta tard il-lejla.
06.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN