Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-Bini tal-Vapuri ta' Ghawdex

PR1990
Date Icon 06/11/1998

Stqarrija mill-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici dwar il-Bini tal-Vapuri ta' Ghawdex

Billi saru kummenti minn sezzjonijiet differenti tal-media, kif ukoll mid-Direttur Haddiem tal-Malta Shipbuilding, fuq il-qaghda prezenti tal-bini tal-vapuri t’Ghawdex il-Ministeru jrid jikkarifika il-fatti.

Ma kien hemm l-ebda deterjorament fil-bini tal-vapuri t’Ghawdex f’dawn l-ahhar gimghat, ghalkemm ghad fadal xoghol xi jsir biex jintrebah id-dewmien li akkumula s’issa. Filwaqt li huwa minnu li xi disinji tal-vapuri damu ma ntbaghtu mill-konsulenti Danizi, dan id-dewmien, li mhuwiex anormali meta jkunu qed jigi disinjat vapur gdid, ma kkawzax danni ghall-progett. Il-MIMCOL qieghda f’kuntatt mal-kumpanija Daniza biex dan id-dewmien ikun eliminat kemm jistà jkun malajr. Il-Gozo Channel Co. Ltd. hadet ukoll decizjoni biex tuza s-servizz ta’ inginier Daniz biex ighin lill-Management tal-Malta Shipbuilding fl-uzu effettiv ta’ dawn id-disinji.

Hemm ragunijiet ohrajn li ilhom jikkawzaw dewmien f’dan il-progett. Fost dawn hemm produttività baxxa minhabba organizzazzjoni tax-xoghol batuta, u nuqqas ta’ investiment adekwat ghall-htigijiet tal-progett. Il-Management tal-Malta Shipbuilding, flimkien mal-MIMCOL, qed jiehdu passi biex dawn in-nuqqasijiet jinghelbu malajr kemm jistà jkun.

Rigward il-ftehim kollettiv dan ghandu jigi mgedded fil-kuntest ta’ negozjati li ghad iridu jsiru mal-Union, biex flimkien il-Management u l-Union jaslu ghal riformi mehtiega ghal Malta Shipbuilding.

06.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow