Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: Il-Kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp

PR1981
Date Icon 05/11/1998

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: Il-Kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar Zammit Clapp

B’riferenza ghall-istqarrija mahruga aktar kmieni llum mill-ex Ministru tas-Sahha, it-Tabib Michael Farrugia, wiehed ma jistax ma jinnotax l-inezattezzi f’din l-istqarrija u l-mod kif l-ex Ministru qed jipprova jiddefendi nies li kienu fil-kumitat ta’ tmexxija ta’ l-isptar Zammit Clapp. Tassew l-ex Ministru wara sentejn ghadu lanqas biss induna li dan l-isptar kien qed jitmexxa minn kumitat u mhux minn bord?

Il-kumitat ta’ tmexxija nghata l-ordni biex jiehu biss hsieb affarijiet li huma ta’ amministrazzjoni normali u ghalhekk fl-ebda mument ma kellu jiehu decizjoni li tmur kontra din l-ordni.

Barra minn hekk l-ex Ministru jaf sew li fil-kumitat imsemmi kien hemm zewg persuni li kienu qeghdin jithallsu kontra ordni li kienet inghatat mill-ufficcju tal-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, f’Novembru tas-sena l-ohra. Fil-fatt persuna f’dan il-kumitat kienet tahdem fis-segretarjat ta’ l-ex Ministru Farrugia u kontra din l-ordni kienet qed tircievi onorarja ta’ Lm1,000 fis-sena tax-xoghol li taghmel f’dan il-kumitat. L-istess persuna li llum ittellghet il-Qorti in konnessjoni ma’ l-iskandlu tal-Paramedic Aides u illum tinsab sospiza minn xogholha. Barra minn hekk, persuna ohra f’dan il-kumitat kienet qed tircievi onorarja ta’ elf lira ohra meta kienet taghmel parti mis-segretarjat ta’ l-ex Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar. Huwa dan il-mod kif dan il-kumitat kien qed jirnexxielu jnaqqas it-tberbiq ta’ flus kif qal l-ex Ministru tas-Sahha fl-istqarrija tieghu?

Il-Ministeru jfakkar wkoll lill-ex Ministru li tant dan l-isptar kien qed jitmexxa b’awtonomija fi zmien l-amministrazzjoni Laburista, li kemm ic-Chairman, is-Sur Michael Mallia, kif ukoll il-Matron kellhom jirrizenjaw minhabba allegat indhil politiku. Dan jista’ jkun verifikat mill-ittri ta’ rizenja li huma baghtu lid-Dipartiment tas-Sahha.

Barra minn hekk, l-ex Ministru jaf ukoll li ma harget l-ebda applikazzjoni biex jimtela l-post ta’ Matron. Possibli llum l-ex Ministru qed jipprova jqajjem suspetti fuq affarijiet li kienu jsehhu sa xahrejn ilu u issa qed jipprova jitfaghhom fuq haddiehor? Bl-istess argument ta’ l-ex Ministru wiehed allura jistaqsi ghaliex wara sentejn il-post ta’ Tabib Ewlieni tal-Gvern ma nteliex?

05.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow