Laqgha bejn l-U.H.M. u l-Ministru ghal Ghawdex
Laqgha bejn l-U.H.M. u l-Ministru ghal Ghawdex
Delegazzjoni mill-UHM immexxija mis-Sur Gejtu Tanti, President u s-Sur Gejtu Vella, Segretarju Generali, kellha laqgha introduttorja mal-Ministru ghal Ghawdex, Giovanna Debono.
Matul din il-laqgha giet diskussa s-sitwazzjoni attwali tal-haddiema Ghawdxin sew dawk li jahdmu f’Ghawdex stess, kif ukoll dawk li jahdmu f’Malta. Iz-zewg nahat qablu li fil-futur ghandhom isiru iktar laqghat bejniethom ghall-gid u fl-interess tal-haddiema Ghawdxin, kif ukoll ghall-ahjar relazzjonijiet possibbli fuq il-postijiet tax-xoghol.
Il-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono rringrazzjat lill-UHM ta’ din iz-zjara u awgurat ambjent ta’ koperazzjoni akbar bejn il-Ministeru ghal Ghawdex u l-Unions tal-haddiema.
04.11.98
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN