Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: It-taxxa li hallsu 32,000 pazjent biex hadu l-Medicini marru ghal Festa Sahha

PR1963
Date Icon 04/11/1998

Stqarrija mill-Ministeru tas-Sahha: It-taxxa li hallsu 32,000 pazjent biex hadu l-Medicini marru ghal Festa Sahha

Meta kien qed jitkellem fuq stazzjon tar-radju privat, il-Ministru tas-Sahha Louis Deguara qal li sal-lum il-Ministeru tas-Sahha ghadu qed jircievi kontijiet biex jithallsu spejjez li saru matul il-‘Festa Sahha’ li kienet organizzata fin-Naxxar lejliet l-Elezzjoni Generali.

Louis Deguara qal li fl-ahhar jumejn il-Ministeru rcieva zewg kontijiet ohra li jammontaw ghal aktar minn Lm1,200, li issa tellghu l-ispiza fuq din l-attivita` ghal aktar minn Lm16,000. Il-Ministru Deguara fakkar li skond il-pjan originali din l-attivita` kellha tkun organizzata b’mod li l-Gvern ma jkollux ghalfejn johrog flus, izda issa rrizulta li l-Gvern qed ikollu johrog minn gewwa aktar minn sittax-il elf lira.

Il-Ministru tas-Sahha qal li din il-‘Festa’ kienet organizzata fi zmien meta l-poplu kien qed ikun mitlub ihallas it-taxxa anti-socjali ta’ 50c fuq kull ricetta tal-medicini li huwa intitolat jircievi b’xejn. Dan ifisser, tenna Louis Deguara li din il-‘Festa’ giet tiswa daqs kemm 32 elf pazjent hallsu biex setghu jircievu l-medicini.

Il-Ministru Deguara tkellem ukoll dwar investigazzjoni ohra li qed issir fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha. Hu zvela li kien hemm impjegati tas-Segretarjat tal-Ministeru li kienu qed jiehdu hlas ta’ xoghol li kienu qed jaghmlu f’kumitat li fih kienu nominati. Louis Deguara qal li dan kien qed isir minkejja li fit-3 ta’ Novembru 1997 kienet harget ordni mill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex dawn it-tip ta’ hlasijiet ma jsirux. Dawn iz-zewg impjegati kienu qed jiehdu onorarja ta’ Lm1,000 kull wiehed. Louis Deguara qal li wiehed minn dawn il-membri kien jahdem fis-Segretarjat ta’ l-ex Ministru Michael Farrugia u l-impjegata l-ohra kienet tahdem fis-Segretarjat ta’ l-ex Segretarju Parlamentari Louis Buhagiar.

Louis Deguara tkellem ukoll dwar l-iskandlu tal-Paramedic Aides, u n-nefqa esagerata mill-vot ta’ l-ospitalita` tal-Ministeru tas-Sahha, fejn mill-kontijiet prezentati s’issa jirrizulta li kien hemm nefqa ta’ aktar mid-doppju milli kienu vvutati. Hu temm jghid li madankollu hu mistenni li jaslu aktar kontijiet li jlahhqu ghal aktar minn elfejn lira ohra.


04.11.98
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow