Jitlesta l-ewwel abbozz dwar il-Cottonera Heritage Park
Jitlesta l-ewwel abbozz dwar il-Cottonera Heritage Park
Il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit qal li ghadu kemm tlesta l-ewwel abbozz dwar heritage park li qed ikun ippjanat li jsir fil-Kottonera bhala parti mill-politika tal-Gvern biex ikun hemm rigenerazzjoni totali tal-Kottonera. Dan il-park qed ikun suggerit li jsir madwar is-swar maghrufa bhala l-Cottonera Lines.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera ghall-izvilupp ta’ dan il-heritage park waqt zjara li ghamel dalghodu fil-Birgu, Bormla u l-Isla, b’konnessjoni mal-progett tal-marina fil-Kottonera.
Hu tenna li l-messagg tal-Gvern hu li l-progett tal-marina ghandu jkun marbut mar-rigenerazzjoni totali tal-Kottonera u dan billi, fost l-ohrajn, parti mid-dhul li jkun hemm minn dan il-progett tintuza biex ittejjeb il-kwalità tal-hajja tan-nies tal-Kottonera, billi fost l-ohrajn, isiru xoghlijiet ta’ restawr u riabilitazzjoni.
Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-hidma biex il-Kottonera tibda tinghata hajja gdida ilu sejjer ghal dawn l-ahhar snin, b’mod partikolari b’hidma mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar li kienet intalbet thejji pjani li setghu jwasslu biex ikun sfruttat il-potenzjal li joffru dawn l-inhawi minghajr ma jintmiss il-karattru storiku tal-post.
Ghal dan l-iskop, kompla l-Ministru Zammit Dimech, kien thejja brief dwar l-izvilupp tax-xatt kollu tal-Kottonera mill-Ponta ta’ l-Isla sa Forti Sant’Anglu. Kien abbazi ta’ dan il-brief li nhargu s-sejhiet ghal proposti biex, fost l-ohrajn, isir il-progett tal-yacht marina u li dan ikun jinkludi wkoll ir-rijabilitazzjoni u l-izvilupp ta’ bini mhux uzat tul ix-xatt kollu tal-Kottonera ghal skop kummercjali.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li wara li f’dawn l-ahhar gimghat hu ltaqa’ mat-tliet konsorzja li kienu gew short-listed, u saret evalwazzjoni tal-proposti li saru, issa thejja rapport li se jitressaq quddiem il-Kabinett biex b’hekk il-Gvern jiddeciedi dwar il-metodu ta’ kif ghandu jimxi l-process. Hu qal li zvilupp importanti f’dawn id-diskussjonijiet kien l-accettazzjoni tal-principju li l-mollijiet ghandhom jibqghu tal-poplu u li l-proprjetà li se tkun zviluppata ma tinghatax b’cens perpetwu.
Kien hawnhekk li hu irrifera ghall-heritage park li qed ikun ippjanat ghall-inhawi tal-Cottonera Linesu li jkun jinkorpora kemm l-inhawi miftuha fin-nahat ta’ Bormla u l-Birgu kif ukoll dawk fin-nahat tal-Fgura u Haz-Zabbar. Hu qal li dawn l-inhawi jistghu jigu msebbha u zviluppati f’postijiet ta’ rikreazzjoni, filwaqt li jkun inkoraggit zvilupp ekonomiku minghajr ma ssir hsara lill-karateristici ta’ l-inhawi.
Fid-dawl kemm tal-progett tal-marina kif ukoll tal-heritage park, kompla l-Ministru Zammit Dimech, qed ikun suggerit wkoll li jsir masterplan ghar-rigenerazzjoni tal-Kottonera kollha.
30.10.98Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN